SME Chamber

Nuqqas ta’ konsultazzjoni relatata ma tisbieh fil-Belt Valletta

 Nuqqas ta' konsultazzjoni relatata ma tisbieh fil-Belt Valletta qed tirrizulta f'detriment ghal Komunita' Kummercjali

 Sfortunatament is-sitwazzjoni fil-Belt qeghda tiddeterjora b'pass mghaggel anke wara l-investiment kbir li qed jaghmel il-Gvern f'dak li hu pavimentar taz-zoni pedonali u restawr ta' bini storiku.

Il-GRTU qeghda titlob li flimkien mar-rapprezentanti tal-Ministeru tar-Rizorsi u Affarjiet Rurali, l-Ministeru ghall-Infrastruttura Trasport u Komunikazzjoni, Ufficjali gholja tal-Pulizija inkarigati mill-Belt Valletta, rapprezentanti tal-ADT u tal-Ufficcju tal-Prim Ministru, kif ukoll rapprezentanti tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, jitfassal pjan li jizgura li l-partijiet koncernati tal-Belt Valletta ma jkomplux jidditerjoraw.

 

 

 Il-GRTU qeghda tinsisti li ssir konsultazzjoni ghall-fatt li kull darba li jsiru dawn il-progetti qieghed jintilef ammont sostanzjali ta' parkegg li ma jigiex mibdul f'alternattivi ohra bhal per ezempju l-progett ta' Pjazza San Gorg, Papa Piu, St John Cavalier, Freedom Square u ricentament l-progett gewwa d-Ditch li bihsiebu jiehu bejn 16 – 18 il-xhar.  

Din il-problema issa giet aggravata bin-nuqqas ta` pjanar fix-xoghol li qed isir, bil-problema ewlenija tibqa l-accessibilita' tan-nies li jridu jaghmlu uzu mill-facilitajiet vasti li toffri il-Belt Valletta. Is-sidien tal-istabbilimenti tal-Belt ghandhom spejjez enormi u ghandhom kompetizzjoni qawwija minn centri kummercjali ohra mifruxa ma Malta. Il-konsumatur jekk ma jkollux accessibilita' facli, jevita li jidhol il-Belt ghax ghandu postijiet ohra minn fejn jinqeda. Il-Hwienet, shopping arcades, postijiet tad-divertiment, hwienet tal-kafe, restoranti u facilitajiet ta` servizzi ta` kull generu mifruxin mall-Belt Valletta illum ma jifilhux aktar isoffru telf minhabba li n-nies qed tkun skuragguta milli tiffrekwenta c-centru kummercjali tal-Belt Valletta. Dawn kollha jinvolvu bejniethom investiment kapitali ta' miljuni kbar ta' euro u jhaddmu maghhom ammont sostanzjali ta' nies.

Il-GRTU resqet diversi proposti f'isem is-sidien tal-istabbilimenti ta' kif is-sitwazzjoni tista` tirrisolva ruhha. Il-problema izda ser tibqa dejjem jekk l-awtoritajiet ma jaghtux widen ta' dawn il-proposti. Jekk l-Gvern ser jibqa`stinat li jibqa ghaddej bil-pjanijiet kif inhuma llum, pjanijiet li qatt ma raw l-approvazzjoni tal-kommunita' tan-negozji tal-Belt, il-futur ghan-negozji fil-Belt hu imcajpar hafna.

Il-GRTU qeghda tistenna azzjoni immedjata u qed toffri s-servizzi taghha u l-kollaborazzjoni shiha tas-sidien tal-istabbilimenti biex jinstghabu soluzzjonijiet prattici.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).