Nuqqas ta' konsultazzjoni relatata ma tisbieh fil-Belt Valletta qed tirrizulta f'detriment ghal Komunita' Kummercjali
Sfortunatament is-sitwazzjoni fil-Belt qeghda tiddeterjora b'pass mghaggel anke wara l-investiment kbir li qed jaghmel il-Gvern f'dak li hu pavimentar taz-zoni pedonali u restawr ta' bini storiku.
Il-GRTU qeghda titlob li flimkien mar-rapprezentanti tal-Ministeru tar-Rizorsi u Affarjiet Rurali, l-Ministeru ghall-Infrastruttura Trasport u Komunikazzjoni, Ufficjali gholja tal-Pulizija inkarigati mill-Belt Valletta, rapprezentanti tal-ADT u tal-Ufficcju tal-Prim Ministru, kif ukoll rapprezentanti tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, jitfassal pjan li jizgura li l-partijiet koncernati tal-Belt Valletta ma jkomplux jidditerjoraw.
Il-GRTU qeghda tinsisti li ssir konsultazzjoni ghall-fatt li kull darba li jsiru dawn il-progetti qieghed jintilef ammont sostanzjali ta' parkegg li ma jigiex mibdul f'alternattivi ohra bhal per ezempju l-progett ta' Pjazza San Gorg, Papa Piu, St John Cavalier, Freedom Square u ricentament l-progett gewwa d-Ditch li bihsiebu jiehu bejn 16 – 18 il-xhar.
Din il-problema issa giet aggravata bin-nuqqas ta` pjanar fix-xoghol li qed isir, bil-problema ewlenija tibqa l-accessibilita' tan-nies li jridu jaghmlu uzu mill-facilitajiet vasti li toffri il-Belt Valletta. Is-sidien tal-istabbilimenti tal-Belt ghandhom spejjez enormi u ghandhom kompetizzjoni qawwija minn centri kummercjali ohra mifruxa ma Malta. Il-konsumatur jekk ma jkollux accessibilita' facli, jevita li jidhol il-Belt ghax ghandu postijiet ohra minn fejn jinqeda. Il-Hwienet, shopping arcades, postijiet tad-divertiment, hwienet tal-kafe, restoranti u facilitajiet ta` servizzi ta` kull generu mifruxin mall-Belt Valletta illum ma jifilhux aktar isoffru telf minhabba li n-nies qed tkun skuragguta milli tiffrekwenta c-centru kummercjali tal-Belt Valletta. Dawn kollha jinvolvu bejniethom investiment kapitali ta' miljuni kbar ta' euro u jhaddmu maghhom ammont sostanzjali ta' nies.
Il-GRTU resqet diversi proposti f'isem is-sidien tal-istabbilimenti ta' kif is-sitwazzjoni tista` tirrisolva ruhha. Il-problema izda ser tibqa dejjem jekk l-awtoritajiet ma jaghtux widen ta' dawn il-proposti. Jekk l-Gvern ser jibqa`stinat li jibqa ghaddej bil-pjanijiet kif inhuma llum, pjanijiet li qatt ma raw l-approvazzjoni tal-kommunita' tan-negozji tal-Belt, il-futur ghan-negozji fil-Belt hu imcajpar hafna.
Il-GRTU qeghda tistenna azzjoni immedjata u qed toffri s-servizzi taghha u l-kollaborazzjoni shiha tas-sidien tal-istabbilimenti biex jinstghabu soluzzjonijiet prattici.