Din il-gimgha l-GRTU ippublikat studju dettaljat ippreparat mill-Kap tal-Banking and Finance tal-Fakulta tal-Ekonomija tal-Universita, il-Profs Dr Joseph Falzon, fejn il-GRTU uriet bic-car li pajjizna jrid bis-serjeta jfassal pjan li fi snin li gejjin iwassal lil ekonomija Maltija biex tikber b’mod reali. L-istudju ta’ Dr Falzon wera li matul dawn l-ahhar 10 snin, ghalkemm sar hafna progress visibli f’hafna setturi, il-bottom line ekonomiku ta’ pajjizna juri li f’termini reali l-ekonomija Maltija fuq medda ta’ ghaxar snin ma kibritx. Aghar minn hekk l-istudju wera li l-operating surplus li kull investitur jistenna li jkollu, hi x’inhi l-intrapriza tieghu, ma kienx bizzejjed biex ikopri z-zidiet fil-prezzijiet u bhala medja z-zieda fl-operating surpluses koprew biss in-nofs taz-zieda fl-inflazzjoni.
Dan gara wkoll f’hafna setturi fir-rigward tal-pagi. Ekonomija tikber mhux biss ghax ic-cifri juru zieda, tikber izda ghax il-produzzjoni ta’ prodotti u servizzi tikber anke meta titnehha z-zieda fil-prezzijiet. Dan ma garax fis-setturi ewlenin tal-ekonomija.
Il-GRTU ghazlet din it-tema fil-Konferenzi ta’ qabel il-Budget biex issostni il-linja principali li hadet din is-sena: Budget 2007 irid juri it-triq lejn fejn sejra Malta fil-hames, ghaxar snin li gejjin. Kif ser tikber l-ekonomija f’termini reali? Irridu pjan miftiehem mal-imsiehba socjali li bis-serjeta jwasslu ghal tkattir ekonomiku ibbazat fuq l-opportunijiet kbar li fethitilna s-shubija fl-Unjoni Ewropea.
Fil-Konferenza ta’ jumejn ilu, il-GRTU tkellmet fuq l-ekonomija in generali, izda ibbazajna fuq ic-cifri settur b’settur. Illum il-GRTU ser taqbad settur wiehed: dak tal-Kostruzzjoni. Ser naghmlu hekk fil-gimghat li gejjin, niehdu settur, settur ghax il-Pjan irid ikun imfassal fuq is-setturi kollha li jsostnu l-ekonomija Maltija. Il-GRTU ghandha interess qawwi fis-setturi kollha li huma pilastri tal-ekonomija Maltija. Il-GRTU diga tkellmet hafna fuq it-turizmu, u konna l-aktar vociferi dwar il-low cost airlines ghax nemmnu li t-turizmu jista’ jtina rizultati hafna u hafna ahjar u fiz-zmien relattivament qasir. Illum qed nitkellmu fuq il-Kostuzzjoni biex ma jigrix dak li diga gara fit-Turizmu: l-ewwel nehduha for granted, imbaghad nghabbulha taxxi u pizijiet kemm nifilhu, nersqu lejn is-suq qiesna xi pajjiz li jikkmanda u bla ebda pjan serju, imbaghad nghidu “ara x’garalna”.
Fil-Kostruzzjoni qed naghmlu l-istess. Din hi ndustrija li fis-short term qed issostni id-deficenzji li hemm fl-industrija tal-manifattura ghall-esportazzjoni u fit-turizmu. Issa ilna s-snin nghabbulha u l-GRTU illum trid tohrog “a clear warning – hands off the construction industry”. Jekk mhux ser jitfassal pjan intelligenti din l-industrija ser tkun imbuttatha lejn “crash” li Malta qatt ma rat bhalu.
Din hi industrija li thaddem 11, 000 ruh. Din l-industrija zammet dan il-livell ta’ impjieg kostanti matul l-ahhar 10 snin. Din hi Industrija li tikkontribwixxi 5% tal-GDP ta’ Malta. Livell wkoll kostanti ma ta’ l-ahhar 10 snin. Il-valur, mizjud ta’ din l-industrija hu ta’ Lm82 miljun li mieghu trid izzid Lm6 miljuni tal-industrija tal-barrieri. Bejniethom il-barrieri u tal-kostruzzjoni jlahhqu illum mas-7% tal-GDP. Dan hu livell sinjifikanti ekonomikament.
Ghalhekk qed nitkellmu illum:
· Il-Gvern fassal tasassjoni gdida li ghal kemm jghidu li saret b’intenzjoni tajba, l-impatt fuq l-industrija mhu posittiv xejn.
· Il-Gvern biddel il-ligi tal-ippjanar wkoll b’intenzjoni li jilhaq ghanijiet socjali izda ma kejjel xejn l-impatt ekonomiku. Aghar minn hekk fassluha wahedhom bla konsultazzjoni xejn u b’ghaggla esagerata. Illum li l-Pjanijiet Lokali iddahhlu fis-sehh, l-izviluppaturi u dawk li ghandhom propjetajiet li jridu jbieghu qed isib diffikultajiet kbar li min ippjana ma hasibx ghalihom allavolja il-GRTU f’isem l-izviluppaturi fethet ghajn il-Gvern dwarhom minn kmieni.
Dwar dawn jispjega ahjar Sandro Chetcuti u l-izviluppaturi hawn prezenti.
Meta gara dan il-GRTU mal-ewwel fethet tahdidiet mal-Ministru George Pullicino u mal-MEPA dwar dawn il-problemi u wara sieghat twal ta’ tahdidiet illum ahna fiducjuzi li soluzzjonijiet ser jinstabu. U bilfors iridu jinstabu ghax qed iweggghu hafna nies.
Pero kull darba qed immorru ghand il-Gvern nistennewh jirranga xi haga li jkun ga fassal wahdu jew implimenta. Fejn hu l-Pjan? Ghaliex m’hemmx pjan ghall-industrija tal-kostruzzjoni miftiehem mal-portijiet kollha koncernati? Il-GRTU ghandha hafna suggerimenti.
Fil-proposti taghna ghall-Budget 2007 il-GRTU qed tinsisti mal-Gvern li jaghti vantaggi fiskali mhux biss lil min bihsiebu jpoggi propjeta’ fuq is-suq ghall-kiri residenzjali izda wkoll ghal min irid ibiegh bic-cens. In-numru ta’ appartamenti ghall-bejgh li hawn fuq is-suq u li ser ikun hawn fix-xhur li gejjin hu kbir u l-Gvern irid jahseb minn issa biex jittiehdu il-mizuri biex la jaqa’ s-suq u jbatu hafna u lanqas jibqghu jbatu il-kopji li jridu jixtru. Bil-proposta tal-GRTU min ghandu propjeta li jbiegh jkun jista’ jaghtiha kollha b’cens, jew parti minnha, li jkun ifisser li min ser jixtri m’ghandux ghalfejn johrog kapitali kbar mal-ewwel u min qed ibiegh jinghata vantagg fiskali biex ihalli flusu fl-industrija Maltija u ma johroghomx il-barra lejn pajjizi ohra kif hafna diga qed jaghmlu.
L-industrija tal-Kostruzzjoni 20 sena ilu kellha biss 22 % tal-krediti tal-Banek Kummercjali Maltin. Illum ghandha 45 %. Allahares jigrilha xi haga din l-industrija ghax il-banek Maltin jiehdu skussjatura nobis. Min jiftakar is-sebghajnijiet jaf x’gara dakinhar. Il-Gvern wasal biex johrog regolamenti godda biex jikkontrolla din l-industrija. Il-GRTU issaqsi: Sar impatt ekonomiku? Naghmluha cara: Ahna naqblu mar-regolamenti li jsahhu l-ambjent u jwarrbu minn nofs l-abbusiv. Ghalhekk tajna il-kontribuzzjoni taghna. Izda pizijiet bla bzonn m’hemmx lokhom u l-‘enforcement’ irid isir bis-serjeta u mhux skond min int.
Pero ejja nieqfu nghabbu fuq din l-industrija. Irrid pjan ekonomiku serju li jwassalna biex inzidu l-produzzjoni u noholqu tkattir ekonomiku reali gdid. L-industrija tal-kostruzzjoni trid tkun parti integrali min dan il-Pjan. Budget 2007 irid jkun Budget Pro Business. Irid ikun l-ewwel Budget li l-industrija tal-kostruzzjoni jiehu hsiebha u mhux jghabbilha.