Il-GRTU ghal dawn l-ahhar xhur organizzat diversi laqghat mas-sidien tan-negozji gewwa n-Naxxar. Il-konkorrenza ghal dawn il-laqghat kienet dejjem ta' mija fil-mija filwaqt li dik kontra li l-progett tal-Pjazza tan-Naxxar isehh baqghet dejjem tissahhah. Il-GRTU wara l-ahhar laqgha li organizzat giet ipprezentata bi tlett mija u hamsa u sebghin (375) firma kontra dan il-progett minn residenti fin-Naxxar.
Bl-Ghan li nkomplu nsahhu l-posizzjoni taghna gie deciz li jinhatar kumitat fi hdan il-GRTU kompost kemm min rapprezentanti tal-GRTU stess kif ukoll min rapprezentanti tas-sidien ta` negozji f'din il-lokalita. Dan il-kumitat ser jipprezenta proposti ghal diskussjoni mal-awtoritajiet koncernati sabiex jintlahaq xi forma ta` ftehim dwar il-progett.
Il-GRTU tinstab dejjem min ta` quddiem sabiex taghti l-appogg taghha ghal progetti ta` tisbieh. F'dan il-kaz pero l-progett m'hux ta` tisbieh izda ta` tibdil fi struttura diga ezistenti li ser ikollha effett drastiku fuq min jghix u jaghmel l-ghejxien tieghu f'din il-lokalita. Jekk isehh, dan il-progett ser jirrizulta f'gheluq ta` hwienet u telf ta impjiegi ghaliex l-operat ta` dawn l-entraprizi ma jibqax vijabbli. Din il problema tinholoq ghaliex il-progett kieku ser iwassal ghal tnaqqis ta` facilitajiet ta` parkegg u tnaqqis ta` access ghall-klijenti bil-vetturi taghhom.