SME Chamber

Ministru Jason Azzopardi jiltaqa’ man-nisa fin-negozju tal-GRTU

 Din il-gimgha l-GRTU zammet laqgha flimkien ma l-Onorevoli Ministru Jason Azzopardi, il-Ministru il-gdid ghan-negozji z-zghar, kif ukoll ma’ Nisa li huma fid-dinja tan-negozju membri tal-GRTU ghal-laqgha bl-isem ta’ Women in Business. Il-President tal-GRTU Paul Abela fetah din il-laqgha billi qal li l-GRTU dejjem stinkat biex in-nisa jkunu min ta’ quddiem fid-dinja tax-xoghol u n-negozju. Filfatt semma li fil-kunsill tal-GRTU insibu tlett negozjaniti li huma nisa – Joan Haber, Therese Fenech  Azzopardi u Josette Vella, dawn flimkien ser jahdmu  biex in-nisa izidu l-kontribut taghhom fid-dinja tax-xoghol. Il-President tal-GRTU Paul Abela flimkien mal-GRTU ferah lil Onorevoli Jason Azzopardi ghal-kariga li ha.

 

L-Onorevoli Jason Azzopardi beda billi rringrazzja lil GRTU peress li ftit wara li ha l kariga tieghu bhala Ministru gie miftihem mal GRTU li l-ewwel attivita kellha tkun fuq Women in Business biex b’hekk inhajru aktar nisa fid-dinja tan-negozju. Hu sahaq ukoll li fis-sena li ghaddiet numru kbir ta’ nisa irritornaw jew bdew jahdmu fid-dinja tax-xoghol. Kienu 6,000 mara li dahlu fid-dinja tax-xoghol, fost dawn kien hemm 2,440 minnhom li dahlu ghall ewwel darba fid-dinja tax-xoghol u negozju. Dan ghaliex l-Gvern holoq ambjent ahjar fil-qasam tax-xoghol.

L-Ministru Azzopardi semma ukoll ir-rapport li hareg l-IMF li juri punti pozittivi dwar Malta. Dan juri li f’Malta l-qghad naqas u bhalissa qedghin il-5 l-inqas pajjiz li ghandna qghad fid-dinja. L-Onorevoli fahhar hafna l-proposta li harget biha il-GRTU rigward il-Maternity leave u enfasizza li din ghamlet hafna gid u giet milqugha hafna. Hu jemmen li l-mara ghandha potenzjal qawwi u irrifera ghal ” Il-Genju tal-mara”, qal li l-mara ghandha fiha nnifisha genju uniku u dan hemm bzonn li jigi rikonoxxut.

Waqt din il-laqa kien hemm ukoll id-direttur tal-Commerce Department, Godwin Warr. dan beda billi qal li waqt din il-laqgha tqassmu diaries biex jippromovaw l-EU Trade Mark, assistenza tal-ghaqdiet tal-EU. Is-Sur Warr qal ukoll li huma joffru servizz tal-IP checkups, dan janalizza l-progett billi jaghtu l-ideat lin-negozji kif jistghu jkunu ahjar. Hu sostna ukoll li qedghin jaraw fis-sehh ukoll il- “Family Friendly Measures” fejn dawn joffru possibilita ta’ Reduced hours, Alternative hours u Teleworking. Bis-sahha tat-teleworking dawk in-nisa li investew fihom baqghu jahdmu u dan ghandhu jigi anke min-naha ta’ min jaghti s-servizz.

Waqt din il-laqgha tqajmu diversi punti mis-sidien tan-negozji nisa prezenti fosthom dwar il-ligi tal-kera li ghadda l-Gvern, li ddiskrivewha bhala gerha kbira ghas-sidien tan-negozji. Dan ghaliex wara hafna snin li jkunu hadu hsieb u ddedikaw ruhom ghan-negozju taghhom wara 20 sena, issa 17 fadal, jsibu ruhom barra mil-hanut. Hi enfasizzat li hi ilha 40 sena fin negozju taghha u ghan negozju 17 il-sena m’huma xejn. Din giet imsejha bhala ingustizzja morali. L-Onorevoli Jason Azzopardi sostna li bhala pajjiz Malta domna 10 snin nikumbattu u mhux facli tilhaq bilanc mas-sidien u min qieghed jikri. Hu qal ukoll li din il-ligi tal-kera saret wara konsultazzjoni izda qal ukoll li ha jqajjem dan is-sugett bl-ghan li tittejjeb il-ligi.

Punt iehor li tqajjem waqt din il-laqgha kien dwar il-problema tal-parking. Din il-problema issemit hafna drabi fosthom mis-sidien tal-hwienet fil-Belt. Hafna mis-sidien isibuha difficli biex idahhlu l-merkanzija minhabba l-hinijiet limitati li hawn bhalissa. Hafna mis-sidien semmhew il-fatt li jkollhom ihallsu is-CVA peress li ma jsibhux fejn jipparkjaw u jkollhom bzonn inizlu xi xoghol fil-hwienet taghhom. Intqal ukoll li min ghandhu zewg negozji, wiehed Rahal Gdid u iehor il-Belt jista jara d-diferenza min wiehed ghall-iehor. In-Negozju ta’ Rahal Gdid qieghed dejjem jikber filwaqt li dak tal-Belt qieghed dejjem jickien. Isibu wkoll problem meta jigu biex jimpjegaw. Mara li tkun trid tahdem sa certu hin ma tacettax li tahdem il-belt minhabba l-hin li jinhela sakemm jinstab parking. Din il-problema ta’ parkegg jsibuha ukoll filghaxija. Huwa vera li qeghdin ninvestu fil-Belt u jemmnu li sa 3 snin ohra ikollna Belt ferm ahjar imma ma nistghux f’dawn it 3 snin naghtu spinta l-isfel lin-negozji u jitilfu l-klijentela taghhom. Qalu wkoll li l-bejh ha daqqa ta’ harta wara ohra- CVA, xoghol fit-toroq, accessibilita’ limitata, parkeggi bojod dejjem jonqsu u riforma fit-trasport pubbliku. Dawn il-fatturi kollha flimkin ikkontribwixxew li jaqtghu qalb il-konsumatru biex jidhol il-belt.

Il- President Paul Abela sostna li hemm bzonn naghmlu pressjoni fuq il-problema tal-parkegg. Specjalment meta jkun hawn il-parlament ma jkunx hemm ghalfejn il-parkegg jinghalaq gurnata shiha meta l-Parlament jibda wara s-sitta ta’ filghaxija. l-Onorevoli Jason Azzopardi qabel li il-punt dwar il-problema tal-parkegg huwa validissimu. Hu jirrikonoxxi li hemm problema u sostna li l-Gvern qieghed impenjat li ha jzid il-parkegg fuq barra u kif ukoll fuq gewwa tal-Belt.

Fil-Furjana l-problema tal-parkegg hi sfortunatament ukoll wahda prekarja. Il- GRTU dwar din il-problema diga kienet pruvat taghmel xi haga imma minhabba li l-popolazzjoni gewwa l-Furjana qieghda dejjem tikber il-parkegg qieghed dejjem ikun ta’ problema minhabba r-residenti. Membru tal-GRTU semmit li hi tipprova timpjega nisa. Bosta min nisa iridu jwaslu t-tfal l-iskola qabel ix-xol u sakemm jaslu il-parkecc ikun kollu ittiehed. Dawn jaghmlu ta l-inqas nofs siha ifitxu parkegg pero xorta iridu jergaw johorgu jaqilghu il-karozza wara 1.30 hrs ghaliex jehlu citazzjoni. Il-furjana mimli wardens u xhin johorgu l-impjegati biex imexxu l-karozza isibu l-warden lest biex iwahhal ic-citazzjoni. L-Onorevoli Jason Azzopardi semma l Furjana stand u qal li bhalissa hemm diskussjoni ma l MCP carpark u ha jizdiedu l-parking facilities. Se jhares lejn il-kwistjoni aktar fid dettall.

l-istess sitwazzjoni tal-Belt u l-Furjana tinsab ukoll gewwa tas-Sliema u kif ukoll gewwa St.Andrews. Is-sidien tan-negozji gewwa tas-Sliema qalu li l-bejgh naqas minhabba li n-nies  qedghin isibuha bi tqila biex imorru ta’ Sliema kemm minhabba parkegg u anke minhabba s-servizz gdid tat-transport. Giet moghtija l-idea li Luxol Ground jista’ jsir xi mod bhal-Park and Ride biex b’hekk jizdiedu l-parkeggi. Tqajmet l-issue ta’ Manoel Island li ghada ma saret l-ebda tibdil fiha. Ingibdet l-attenzjoni ukoll li gewwa tas-Sliema hemm bicciet ta’ art mohlija li minflok jibqaw abbandunati jistghu joholq minnhom parkegg, jekk hemm bzonn anke temporanju. Issemmew ukoll xi fondi li kienu ngabru mis-sidien tal-hwienet. Dawn il-fondi jixtiequ li jintefqu biex isolvu l-problema tal-parkegg. L-Onorevoli Jason Azzopardi sostna li ser jitkellem ma L-Onorevoli Mario Demarco dwar dawn il-fondi.

Gewwa St.Andrews deret ukoll din il-problema u isemma l-Luxol Ground li gie mehud mil-kumpanija tat-transport pubbliku “Arriva” izda mhux qeghda tkun uzata. L-Onorevoli Jason Azzopardi qal li kien se jhares gol kwistjoni li Luxol ma kienx qieghed jigi uzat. Il- GRTU qedgha tipjana biex tlaqqa l-Kunsill Lokali ta St. Andrews, l-Arriva kif ukoll lis-sidien tan-negozji biex ikun hemm lok ta’ titjib.

Punt iehor interessanti li qalu kien li l-mara tal-lum ma tistax tibqa’ tahdem filghodu biss izda izzid aktar fis-sighat taghha. l-Onorevoli Jason Azzopardi intervjena u qal li biex dan isir irid ikun hemm l-“after school hours” jigifieri li l-ghalliema jaccetaw li jahdmu sighat differenti. Izda meta l-Gvern prova jqajjem diskussjoni fuq din l-idea sab ostakoli. L-Onorevoli Azzopardi kompla jghid li meta jdur id-djar dejjem johrog bic-car li hemm hafna ommijiet li jixtiequ johorgu jahdmu izda ma jistghux habba l-hinijiet. Hu qal ukoll li jkun tajjeb jekk titqajjem kuxjenza permezz tal-media.

Fattur iehor li qieghed jinkwieta lis-sidien tan-negozji huwa l-“Online Shopping” dawn qedghin jghidu li huma jikalkolaw bejn wiehed u iehor li qieghed johdilhom 30% tal-beigh u sostnew li in-nies mhux vera li mhux qeghdin jonfqu izda qeghdin juzaw mezzi ohra. Huma qalu li bl’ebda mod m’huma kontra l-online shopping pero ihossu li dan qed isehh ghaliex qed issir difficli wisq ghan niex bix jaslu sal hwienet. Paul Abela qajjem l-issue tal-katamaran u qal li meta jgibu l-affarijiet ma jhallsu xejn u lanqas ecotax. L- Onorevoli Azzopardi qabel li din hija problema serja u sostna li din l issue qeghda tigi bil mod ikkontrollata sa fejn il-ligi tal-UE tipermetti. Dwar din l-issue bdew laqghat mal-GRTU.

F’certi setturi specjalment f’dik tal-industrija qeghdin isibuha difficli biex isibu mpjegati nisa bil- kwalifiki u skills li jissodisfaw l-esigenzi taghhom. Dan minhabba li l-ETC ghandha aktar courses ghall-irgiel milli ghan-nisa. Filwaqt li dawk ta’ l-MCAST ikunu over qualified. Li jrid isir hu li fil-korsijiet jindirizzaw ahjar il-kompetenzi li ghandhom bzonn fl-industrija. L-Onorevoli Azzopardi intervjena u qal li dan hu suggeriment validu hafna.

Punt iehor li tqajjem waqt din il-laqgha kien dwar il-hlas ta` 700 euro li n-negozji jridu jhallsu kull meta tinzerta festa matul il-gimgha sabiex ikunu jistghu jifthu l-istabilimenti taghhom f’gurnata ta’ festa jew il-Hadd. Huma iccaraw il-fatt li din mandiex x’taqsam mal-kwistjoni ta’ Sunday trading izda ghaliex il-festa ha tinzerta f’gurnata mportanti ta’ bejh. Is-sidien talbu li jkun hemm waver ta’ 700 euro ghall-hamest ijiem fost il-gimgha li din is-sena ha jinzertaw festi. Dwar dan il-punt l-Onorevoli Jason Azzopardi sostna li hu punt li ta’ min jikkonsidrah u filfatt ha jiddiskuti dan il-punt ma l-Onorevoli Tonio Fenech. Hu zied billi qal li ghandha ssir talba minghand il-GRTU biex b’hekk il-process jimxi aktar b’rittmu mghaggel.

Paul Abela semma li f’certu pajjizi kumpanija b’ turnover ta’ inqas minn zewg miljuni mumhiex obligati jaghtu Audited Annual Accounts. Joan Haber kompliet tajd li biex tmantni kumpanija illum il-gurnata saret tirrikjedi hafna flus. Dan anke f’kas ta` kumpanija li ma taghmilx trading trid tallas 800 euro.

Suggeriment li ntqal waqt din il-laqgha kien biex jinghata aktar sapport fid-dar, f’sens ta’ aktar childcare facilities, korsijiet mhux difficli ghal-carers individwali (nannies).

L-Ministru Jason Azzopardi ghalaq il-laqgha billi fakkar li l-licenzja hi obbligatorja sabiex tiftah negozju u li l-Gvern ser jaghmel overhaul tal-licenzji b’emendi fil-ligi li jwasslu ghal tnaqqis ta’ 90% ta’ negozji li jridu japplikaw ghal-licenzji u jigu biss notifikati. F’dan ir-rigward diga bdiet il-konsultazzjoni mal-GRTU.

L-Onorevoli Azzopardi qal ukoll li l-Gvern ghandu 500 art li qed tintuza ghal skopijiet kummercjali fil-Belt li bhalissa qedghin bil-kera li tiggedded sitt xgur sitt xhur. B’hekk dawn in-negozji minhabba li maghndhomx tul ta’ kera ma’ jistghux jipjanaw fit-tul dan iwassal li ma jkunux jistghu jiehdu loans. Il-Gvern ser ihabbar li ha jkunu jistghu ikollhom kirja ta’ ghexirien ta’ snin minflok dik ta’ sitt xhur. Dan ha jibda l-ewwel mis-sidien tan-negozji fil-belt peress li l-ikbar numru ta’ artijiet mikrijin tal-Gvern huma gewwa l-Belt. Dan umbad ha jinfirex mal-lokalitajiet ta’ Malta kollha.

Fl-ahhar L-Ministru Jason Azzopardi insista mas-sidien tan-negozji biex jaghmlu uzu tajjeb mil-Malta Enterprise. Il-laqgha ntemmet b’presentazzjoni min rapprezentant mil-Malta Enterprise dwar il-Business First li hija inizjattiva gdida.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).