Il-GRTU onestament ma tistax tifhem kif fuq il-kwistjoni tad-dgerfixa enormi li holqot l-Enemalta dwar id-distribuzzjoni tac-cilindri tal-gas il-Ministru Dr Austin Gatt deffes fin-nofs lid-distributuri tal-gas ilkoll membri tal-GRTU. Il-pubbliku ghandu jkun infurmat sewwa minn jahti ghal din s-sitwazzjoni. Il-Fatti huma dawn:
Il-GRTU onestament ma tistax tifhem kif fuq il-kwistjoni tad-dgerfixa enormi li holqot l-Enemalta dwar id-distribuzzjoni tac-cilindri tal-gas il-Ministru Dr Austin Gatt deffes fin-nofs lid-distributuri tal-gas ilkoll membri tal-GRTU. Il-pubbliku ghandu jkun infurmat sewwa minn jahti ghal din s-sitwazzjoni. Il-Fatti huma dawn:
· Ma nxtarax bizzejjed gas biex ikun assigurat li hemm gas bizzejjed biex ilahhaq mad-domanda.
· Tnehhew eluf ta’ cilindri minghajr ma hasbu biex il-godda jigu qabel tidhol il-kesha u tizdied id-domanda.
· Meta ma kienx hemm bizzejjed cilindri, ma thaddimx l-impjant fis-sieghat kollha possibli biex ic-cilindri l-vojta li d-distributur jwassal fl-impjant jergghu jimtlew.
· Ma sarx studju serju dwar l-impatt fuq id-domanda ghall-gas wara li l-gvern gholla b’mod esagerat l-prezz tal-pitrolju u ma pprovdiex fuel alternattiv accetabbli u bi prezz tajjeb.
Ma kienux d-distributuri li hadu dawn id-decizjonijiet, izda l-gvern u l-Enemalta. Id-distributuri huma 31, 29 f’Malta u 2 f’Ghawdex, u m’hemm l-ebda monopolju. Is-sistema tad-distributuri ddahhlet minflok l-monopolji li kienu jeziztu dari meta kien hemm biss zewg agenti. Il-mara tad-dar u l-konsumatur kummercjali jaf li s-sistema tad-distribuzzjoni bieb bieb hi l-ahjar u hadd ma jrid jissallab u joqghod jiggera biex jixtri cilindru.
Hafna nies, anzjani u m’humiex, ma jifilhux iqandlu cilindri u m’ghandhomx mezz ta’ trasport. Jekk is-suq ghac-cilindri tal-gas jinqasam bejn hwienet u distribuzzjoni bieb bieb ma jkunx vijabbli li d-distributuri jzommu biss bicca mix-xoghol, dik l-aktar tqiela. Jekk titfarrak is-sistema tad-distribuzzjoni bieb bieb jinqdew l-ftit u jbaghtu l-maggoranza tal-konsumaturi. Ma tridx tkun gharef biex tifhem li jekk id-distributur ikun assigurat li l-hin kollu tal-gurnata u l-gimgha kollha, u mhux erba t’ijiem biss sas-siegha ta’ wara nofsinhar, jkollu supply ta’ cilindri tal-gas, l-pubbliku jkun moqdi sewwa u b’mod efficjenti. Id-distributuri jiddependu ghal kollox mill-Enemalta. Ikun zball ohxon jekk il-gvern flok jirringa malajr dak li hu hazin jibda jharbat dak li hu sewwa.
Il-GRTU f’isem id-distributuri hi disponibbli ghal kull diskussjoni biex tinhadem sistema l-aktar efficjenti. Wara kollox il-GRTU tirraprezenta wkoll l-akbar numru ta’ negozji li juzaw l-gas fix-xoghol taghhom u ghalhekk hi min ta’ quddiem biex tizgura sistema efficjenti u gusta ta’ distribuzzjoni ta’ gas.