Il-GRTU flimkien mall-Kummunita' Kummercjali Naxxarija taghti support shih lill-din l-attivita'. Ghat-tielet sena konsekuttiva l-Kunsill Lokali tan-Naxxar qieghed jorganizza attivita' tal-Milied li l-inawgurazzjoni taghha ser ssir l-Hadd 4 ta' Dicembru 2011. Il-programm ser jigbor fih numru ta' attivitajiet fosthom kant, mmudellar,attivitajiet ghat-tfal bil-partecipazzjoni ta' Santa Clause, diversi bands, kantanti popolari lokali flimkien ma artisti stabbiliti, trackless train u hafna attivitajiet ohra.
Wiehed jrid jifhem li l-preparamenti u l-attivita' fiha nnifisha joholqu xi ftit tal-inkonvinjenza. Sabiex jitneħħa kull dubju u tkun iccarata s-sitwazzjoni, wara li kien hemm min ressaq xi ilmenti, nixtieq ninfurmakom li l-Kunsill ser jkun qed jagħmel dak kollu possibli biex inaqqas l-inkonvenjent u/jew xi impatti negattivi li l-preparamenti għall-attività ta' nhar il-Ħadd 4 ta' Dicembru jista' jkollha fuq in-negozju.
Certament li l-għan ewlieni għal x'hiex isiru attivitajiet bħal dawn huma biex jiżidied n-negozju lokali u għalhekk tistgħu isserħu raskom mir-rieda tajba tal-Kunsill li ser jnaqqas kemm jista jkun kull impatt negattiv possibbli. Din id-darba gie mnaqqas l-estent tal-attività biex inkomplu nillimitaw aktar filwaqt li t-traffiku jibqa' jasal sa' aktar vicin tal-attività milli s-soltu jsir. Madanakollu, kif sar dejjem, se tigi llimitata r-restrizzjoni għall-inqas possibli.
Li se jsir għalhekk huwa dan: il-Gimgħa 2 ta' Dicembru se jingiebu l-istalls u jkunu armati fin-naħa tat-terminus. La darba jkunu armati se jitpoggew fi gruppi f'postijiet strategici fejn l-inqas ikun hemm cans li jtellfu l-parkegg. Jista' jkun li jitpoggew anki fuq bankini minflok fit-triq b'mod li ma jtellfux il-passagg.
Is-Sibt filgħodu jibda jsir certu armar fuq il-bankini fejn meħtieg filwaqt li t-tpoggija tal-istalls fil-post jibda kmieni wara nofsinhar.
Il-Ħadd filgħodu jkompli l-armar u jrid ikun hemm il-postijiet kollha indikati fuq il-lista bla parkegg. Mal-10am se jkun ristrett it-traffiku b'eccezzjonijiet għar-residenti. It-trasport pubbliku jitħalla għaddej sas-2pm. Mis-2pm se jkun hemm għeluq totali u jibdew l-attivitajiet.
Il-GRTU tifrah lill-Kunsill u f'isem il-komunita' Kummercjali Naxxarija tawgura li din l-attivita' tkun ta' success bhas snin precedenti.