It-talba ta l-Ghaqda
tal-Konsumaturi ghall-price freeze
hi gennata kbira u l-gvern ghamel sewwa li cahad mal-ewwel din it-talba.
Il-GRTU illum bi pjacir
tinnota li z-zewg partiti politici ewlenin huma kommessi favur l-kompetizzjoni
gusta u s-suq hieles u li hadd ta’ l-affari tieghu fil-kamp politiku ma jdoqq
id-diska stunata ta’ politika fejn l-Gvern irid jidderigi u jiddetta
l-prezzijiet tal-prodotti tal-konsum f’suq hieles. Il-GRTU hi sodisfatta li
l-Gvern, lejliet id-dhul ta’ Malta fiz-zona Ewro, qabel ma
hafna suggerimenti
li ghamlitlu l-GRTU, fosthom dik li jhaddem is-sistema FAIR fejn
fuq bazi volontarja s-sidien tan-negozji jaqblu li jhaddmu sistema ta’ ‘dual display’
b’attenzjoni stretta ghall-rata tal-kambju bejn lira Maltija u
Ewro.
Il-GRTU qed taghmel kull
sforz biex tara li s-sidien tan-negozji
jkunu fidili ghal-rabta li ghamlu li jhaddmu l-bidla ghall-Ewro bil-galbu. Il-GRTU wkoll qed taghti s-support shieh biex ikun hemm
osservazzjoni bla mpozizzjoni tal-prezzijiet halli fejn ikun hemm diffikultajiet
dawn jintghelbu bla hafna xkiel zejjed lill-kummerc. Il-GRTU ukoll qed
tinkoraggixxi lill-kummercjanti biex fejn jistghu jgibu assigurazzjoni minghand
min ibghelhom minn barra
minn
Malta biex ghal perjodu
stabbilit dawn ma jghollulhomx l-prezzijiet. Il-GRTU taqbel li
l-Gvern ghandu jkompli jimxi b’politika fejn l-importaturi jkunu nkoragguti u
mghejuna anke bi krediti finanzjarji apposta halli jixtru b’irhis u bil-kwantita
imma dan dejjem bla imposizzjoni fuq hadd.
Il-GRTU temmen li l-bidla
ghall-Ewro ta’ Malta qed issir bil-galbu ghax
il-Gvern qed jaddotta l-principju ta’ koperazzjoni u mhux ta’
l-impozizzjoni. Hu ghalhekk
li l-GRTU topponi bil-kbir kull meta xi hadd jinqeda bin-NECC biex jimponi xi
hmerija bhall dik li giet ippublikata fil-gazzetta li titqassam bieb bieb minn
l-istess NECC, fejn l-konsumaturi gew imwebbla li jezistu xi prezzijiet li
jghidulhom ‘average
prices’. L-‘average
price’ hija invenzjoni statistika bhall ma hija invenzjoni statistika
l-familja medja ta’ 2.4 persuni. Il-GRTU mhux kontra recommended
prices li jaghmel l-importatur jew l-produttur sakemm dawn
il-prezzijiet ma jkunux imposti b’ xi ligi. Izda l-GRTU qed topponi
ghall-pubblikazzjoni ghall dawn l-imsejha ‘average
prices’ ghax huma prezzijiet
fittizzji u min hareg b’ din il-hmerija qed jaghmel hsara kbira lin-negozji
z-zghar ta’ pajjizna.
In-negozji ta’ pajjizna huma
is-sinsla tal-kompetizzjoni u tas-suq hieles. Min
ghandu ghan-negozji z-zghar ta’ pajjizna ghandu jiddikjara hekk pubblikament u
mhux jinqeda bin-NECC.
Il-GRTU
tappella lil Gvern biex ma jaqghux ghall-imbiexi ta’ hadd u jkompli b’politika
li taghti lil Malta
l-anqas rata l-inflazzjoni f’20 sena.