SME Chamber

Messagg mill-Kunsill Lokali, Naxxar ghas-sidien tan-negozji Naxxarin

 Ir-Rahal
fil-Milied 2014 – Għal darba
oħra l-Kunsill Lokali tan-Naxxar
se jorganizza l-attività r-Raħal fil-Milied
bl-attività prinċipali ssir nhar il-Ħadd 7 ta' Diċembru 2014
bejn is-saghtejn (2pm) u t-tminja (8pm). 

Minbarra
l-attività ewlenija, bl-għajnuna tal-għaqdiet lokali, matul dik il-ġimgħa
kollha se jkun hemm xi attivitajiet għaddejin bil-ħsieb li nattiraw l-akbar ammont
ta' viżitaturi possibli.  B'dan il-mod niġġeneraw aktar kummerċ
fil-lokalità. Minħabba
raġunijiet loġistiċi, il-qofol tal-attività, se ssir fi Triq tal-Labour
fil-parti ta' maġenb il-bandli.  B'dan il-mod inkunu nistgħu narmaw kmieni
bl-inqas inkonvenjent għat-traffiku u parkeġġ possibli filwaqt li l-ħsejjes ta'
mużika waqt l-attività ma jtellfux l-andament tal-quddies fil-Knisja. 

L-attività
mhux se tkun limitata għal dik il-parti biss anzi, qed issir ħidma kbira biex
l-attivitajiet jinfirxu kemm jista' jkun u li kull sena tkompli tikber. 
Madanakollu hija meħtieġa l-koperazzjoni ta' kulħadd u għalhekk, kull min b'xi
mod jista' jgħin għandu javviċinana.  Naturalment, aktar ma nkunu
kreattivi u innovattivi fl-ideat, aktar nattiraw nies.

Tajjeb
ninfurmakom ukoll li, minkejja l-limitazzjonijiet finanzjarji, il-Kunsill
qiegħed jippjana kampanja pubbliċitarja akbar minn tas-soltu.  Infatti se
nibdew nirriklamaw minn nhar il-Ħadd li ġej biex noħolqu interess akbar. 
L-ispiża għal dan ir-reklamar mistennija taqbeż sew it-€3,000!

 

Dawn tal-Milied fit-toroq

Fil-preżent
il-Kunsill jinsab għaddej b'ħidma oħra biex jibdel dawl eżistenti u jinvesti
f'dawl tal-Milied ġdid għat-toroq tagħna.  Diġà inħadem fustun għal Vjal
il-21 ta' Settembru u fil-preżent qed jinħadem dawl ġdid u sabiħ ħafna għal
Triq il-Parroċċa u dwal ġodda għal Triq Santa Luċija.  Din is-sena se
jkollna wkoll Triq il-Kbira armata bid-dawl u qed nippjanaw ukoll dwal ġodda
għal Triq tal-Labour. 

Dan
kollu mistenni jiswa eluf kbar ta' ewro iżda sodisfatti li dan se jkompli jżomm
lin-Naxxar bħala wieħed mill-isbaħ lokalitajiet fi żmien il-Milied. 
Nemmnu li dan għandu jgħin ħafna biex in-Naxxar ikompli jattira aktar nies lejh
biex finalment iwassal għal ħafna aktar kummerċ. 

Huwa
importanti wkoll li n-negozjanti jagħmlu l-parti tagħhom u għalhekk il-Kunsill
iħeġġiġkom biex tarmaw bl-isbaħ mod possibli u minn kmieni l-armaturi
tal-ħwienet tagħkom.  Tajjeb ukoll jekk tikkunsidraw inizjattivi li
tistgħu tieħdu flimkien bħal per eżempju li tagħmlu reklami flimkien biex
tħajjru lill-publiku jiġi n-Naxxar.

Ċert
li tifhmu li dawn l-inizjattivi kollha jinvolvu ammont kbir ta' spejjeż li
minnhom tibbenefika l-lokalità kollha iżda mhux l-inqas in-negozju
tagħkom.  Aħna nifhmu d-diffikultajiet finanzjarji li jkollkom iżda nemmnu
li huwa importanti li tagħtu dik il-ftit kontribuzzjoni biex ittaffi
mill-ispejjeż kbar li jkollu l-Kunsill fir-rigward.

Grazzi
għall-kontribuzzjonijiet li kellna mill-maġġoranza tan-negozji s-sena l-oħra,
din is-sena l-Kunsill Lokali kien aktar ħerqan li jinvesti biex jgħolli
l-livell tal-attività kif ukoll biex iżid aktar dawl tal-Milied.  Għalhekk
nappellaw biex din is-sena wkoll toffru l-kontribuzzjoni tagħkom.  

Aktar ma jkollna għajnuna aktar inkunu
nistgħu ninvestu fin-negozji tagħkom.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).