Il-GRTU – Malta Chamber for Small and Medium Enterprises – illum,
flimkien ma organizazzjonijiet nazzjonali ohra li jirrapprezentaw lin-negozji
z-zghar fil-hamsa u ghoxrin (25) pajjiz membru tal-Unjoni Ewropeja,spjegat
lill-kandidati Maltin li ser jikkontestaw ghall-Parlament Ewropew il-gdid,
il-proposti tar-raprezentanti tal-Intraprizi z-zghar fl-Ewropa
ghar-rikonoxximent u implimentazzjoni ahjar ta’ dak li jinhtiegu l-intraprizi
z-zaghar Ewropej.
F’konferenza li saret illum fil-Vivaldi Hotel u li
ghaliha attendew l-Kandidati li ser jikkontestew l-elezzjonijiet tat-12 ta’
Gunju 2004, s-Sur Vincent Farrugia, Direttur Generali tal-GRTU spjegat
il-Memorandum ghal-Elezzjonijiet Ewropej li gie approvat fit-3rdSME Summit
organizzat mill-UEAPME li approvat fl-24 ta’ April 2004
fl-Luxembourg.
Il-Memorandum isemmi dak li sar tajjeb fil-Parlament
Ewropew li ser jispicca fuq kwistjonijiet li jolqtu n-negozji z-zaghar. Jispjega
ukoll x’kienu n-nuqqasijiet tal-Parlament Ewropew f’dan ir-rigward. L-memorandum
ukoll jipprezenta numru ta’ proposti li ghandhom ikunu segwiti mill-Parlament
il-gdid biex jintlahqu l-ghanijiet ta’ Lisbon u jitwettaq bis-serjeta l-European
Charter for Small Enterprise.
Il-Memorandum gie pprezentat f’Malta
mill-GRTU f’isem il-UEAPME – l-Organizazzjoni Ewropeja tal-Intraprizi Zaghar,
Medji u tal-Artigjanat.
Matul din l-Konferenza l-Kandidati li attendew
inghataw l-opportunita’ li jesprimu l-opinjoni taghhom fuq il-proposti li resqet
il-GRTU f’isem il-UEAPME u f’isem l-intraprizi zaghar u medji Maltin.
ï‚· Qed
nibghatlek il-punti ewlenin ta’ dan il-Memorandum.
ï‚· Kopja tal-Memorandum
shih qieghed fuq il-GRTU website: www.grtu.org.mt
|
|