SME Chamber

Memorandum of Understanding bejn il-Gvern u l-GRTU

 MoU bejn il-Gvern u l-GRTU dwar il-Crafts Village f'Ta' Qali li jaghti future ahjar lis-settur tal-Artigjanat Malti – Il-Malta Industrial Parks u l-GRTU iffirmaw Memorandum of Understanding dwar il-Crafts Village f'Ta' Qali li jelenka r-responsabbiltajiet u l-impenji tal-Gvern u tas-sidien tal-hwienet tax-xoghol f'dan il-villaġġ bl-għan li jkun jista' jipproċedi l-proċess ta' tisbiħ ta' din iż-żona li tilqa' fiha negozji tal-artiġġjanat Malti u tkun stabbilità fuq bazi soda l-pozizzjoni kuntrattwali ta' kull artiggjan li jahdem mill-Crafts Village.


Skont dan il-Memorandum, il-Malta Industrial Parks se tiehu hsieb it-tisbih generali u l-investiment li jrid isir fuq l-infrastruttura fiż-żoni komuni, kif ukoll tindif u landscaping tal-Crafts Village. Wara li jingħataw it-tenders u wara li ssir konsultazzjoni mal-operaturi nfushom biex jiġi kkawżat l-inqas inkonvenjent possibli, l-MIP se tagħti wiċċ ġdid lil dawk it-toroq li l-aktar jeħtieġu attenzjoni, liema xoghol mistenni jibda fil-Harifa.

Min-naħa tagħha, l-GRTU qed taqbel li tinkoraġġixxi lill-artiġġjani biex jinvestu fl-operat u l-bini tagħhom sabiex b'hekk ikunu qed jaħdmu mal-MIP fl-iżvilupp taż-żona.

Filwaqt illi l-operaturi illum igawdu minn drittijiet stipulati f'konvenji vigenti bhal, per ezempju, konċessjoni ta' 65 sena fuq l-art talli jinvestu somma specifika f'bini u rata ta' cens stabbilita, permezz tal-MoU il-Gvern iddikkjara l-intenzjoni tieghu illi jmur lil hinn minn dak stipulat fil-konvenju. F'dan il-kuntest, l-MoU jghid illi  l-MIP lesta zzomm l-istess rata ta' cens f'kaz illi dan jigi trasferit lil terzi sakemm min ikun qed jiehu c-cens ikun artiggjan. L-ghan hu li Ta' Qali Crafts Village ikun primarjament zona ta' artigjanat Malti u ghaldaqstant l-MOU qed jipprovdi termini aktar favorevoli ghal dawk l-artiġġjani li jaħdmu s-sengħa tagħhom mill-Crafts Village.

Il-Memorandum jesprimi wkoll l-intenzjoni tal-MIP illi tkun flessibbli fir-rigward tas-somma ta' investiment illi jrid isir mis-sidien tal-hwienet tax-xoghol kif stipulat fil-konvenji, biex b'hekk l-operaturi jkunu jistghu jaghmlu proposta ta' investiment aktar konformi ma' dak li jifilhu ghalih illum.

l-proposti għall-iżvilupp tal-hwienet tax-xoghol iridu jkunu approvati mill-MIP sabiex tinżamm kwalità tajba fid-disinn u l-materjali li jintużaw u b'hekk titjieb id-dehra taz-zona tal-villagg kollu. Intant, l-MIP qed tressaq ukoll talba sabiex il-villaġġ kollu jingħata status ta' DNO mill-MEPA u b'hekk il-proċess għall-iżvilupp mill-ġdid tal-hwienet tax-xoghol ikun jista' jitħaffef aktar.

Is-sidien tal-hwienet tax-xoghol jistghu ukoll jibbenefikaw mill-iskemi tal-Malta Enterprise sabiex jaghmlu dawn l-investimenti, filwaqt li jistghu jaghmlu uzu mill-ghajnuna kemm tal-Korporazzjoni kif ukoll tal-GRTU sabiex jidentifikaw liema skemi ta' assistenza huma applikabli ghalihom u biex jaraw x'iridu jaghmlu biex jibbenefikaw mill-assistenza.

Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech qal li dan il-Ftehim huwa pass importanti li jagħti aktar serħan tal-moħħ lill-artiġġjani li joperaw f'dan il-villaġġ, li se jkunu jistgħu jinvestu fil-proprjetà tagħhom bl-għarfien li dan se jibqa' għandhom għal 65 sena u li ż-żona se tingħatalha dehra li tixiriqilha. Huwa fakkar kif il-Ftehim jipprovdi wkoll għall-possibiltà li l-MIP tgħin lill-istess sidien biex jinvestu fil-hwienet tax-xoghol tagħhom. Din l-għajnuna tiżdied ma' skemi oħra tal-Gvern li jistgħu jgawdu minnhom dawn is-sidien ta' negozju, fosthom l-iskema MicroInvest amministrata mill-Malta Enterprise li tippermettilhom jieħdu lura 40% tal-investiment li jkunu għamlu bħala kreditu tat-taxxa sa massimu ta' 25,000 ewro, l-iskema Micro Credit, u wkoll l-skema gdida ta' Micro Guarantee li dalwaqt se tithabbar.

Id-Direttur Generali tal-GRTU, is-Sur Vince Farrugia qal li dan il-ftehim hu ta' sodisfazzjon kbir ghall-GRTU u ghall-intraprizi tal-artigjanat Malti " Hu ta' sodiisfazzjon partikolari ghaliex wara negozjati fit-tul issa l-GRTU irnexxilha tiffirma ftehim favorevoli hafna ghas-sidien u artigjani li joperaw f' Ta' Qali u hu ta' sostenn ghal kull wiehed u wahda minnhom. Hi l-intenzjoni tal-GRTU li taghti l-ghajnuna kollha taghha lis-settur tal-artigjanat f'Malta, biex bis-sahha ta' arrangamenti godda u thaddim ta skemi ta' sapport imhaddma mil-Gvern Malti u b'finanzjati mil- Unjoni Ewropeja s-settur tal-artigjanat jinghata futur gdid", sostna Vince Farrugia id-Direttur Generali tal-GRTU.

Joan Haber President tal-Crafts Enterprise Sector tal-GRTU qalet li : "wara snin ta' laqghat, diskussjonijiet u argumenti, sa fl-ahhar wasalna mal-Gvern fi ftehim fejn kulhadd ceda bicca mid-differenzi li kienu qedghin izommunha, u issa sta ghal-artigjani li ilhom is-snin jahdmu minn Ta' Qali biex jahtfu l-opportunitajiet godda li qedghin jinfethu ghalihom bis-sahha ta' dan il-ftehim halli flimkien nibnu futur ahjar ghal-intraprizi taghna u l-artigjanat Malti.

Hija qalet: "Ghalija illum huwa jum storiku. Fl-ahhar ahna li nahdmu fil-kamp tal-artiggjanat wasalna biex niffirmaw il-kuntratt proprju biex l-art li qed nokkupaw tinghatalna b'cens. Issa veru nistghu nibdew ninvestu f'fabbrika li se tkun taghna ghal tul ta' zmien. Jien ilni Ta' Qali 32 sena u dejjem bil-hsieb li min mument ghal iehor il-fabbrika se titwaqqa' . Naturalment dejjem ghamilna investiment meqjuz u temporanju. Bhali ghamlu il-bicca l-kbira tal-operaturi tal-artiggjanat ta' Ta' Qali. Issa fl-ahhar nafu fiz-zgur li ahna f' Ta' Qali ghandna futur sod".

Joan Haber f'isem l-artigjani ta' Ta' Qali u l-GRTU Crafts Enterprise Sector irringrazzjat lill-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment Tonio Fenech li wassal iz-zewg partijiet ghal dan il-ftehim u irringrazzjat ukoll lic-Chairman prezenti tal- MIP u Malta Enterprise is-Sur Lawrence Zammit kif ukoll lic-Chairman ta' qabel, is-Sur Alan Camilleri li hadem hafna biex l-arrangamenti u l-kundizzjonijiet godda favorevoli ghall-operaturi ta' Ta' Qali. Hi awgurat li dan l-ispirtu ta' kooperazjoni jitkompla u li mill-aktar fis titwaqqaf Task Force li tanalizza u tindirizza l-problemi tal-artigjanat Malti biex jithaffef il-programm ta' tishih ta' dan is-settur li issa ser jitwettaq permezz ta' dan il-ftehim.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).