MoU bejn il-Gvern u l-GRTU dwar il-Crafts Village f'Ta' Qali li jaghti future ahjar lis-settur tal-Artigjanat Malti – Il-Malta Industrial Parks u l-GRTU iffirmaw Memorandum of Understanding dwar il-Crafts Village f'Ta' Qali li jelenka r-responsabbiltajiet u l-impenji tal-Gvern u tas-sidien tal-hwienet tax-xoghol f'dan il-villaġġ bl-għan li jkun jista' jipproċedi l-proċess ta' tisbiħ ta' din iż-żona li tilqa' fiha negozji tal-artiġġjanat Malti u tkun stabbilità fuq bazi soda l-pozizzjoni kuntrattwali ta' kull artiggjan li jahdem mill-Crafts Village.
Skont dan il-Memorandum, il-Malta Industrial Parks se tiehu hsieb it-tisbih generali u l-investiment li jrid isir fuq l-infrastruttura fiż-żoni komuni, kif ukoll tindif u landscaping tal-Crafts Village. Wara li jingħataw it-tenders u wara li ssir konsultazzjoni mal-operaturi nfushom biex jiġi kkawżat l-inqas inkonvenjent possibli, l-MIP se tagħti wiċċ ġdid lil dawk it-toroq li l-aktar jeħtieġu attenzjoni, liema xoghol mistenni jibda fil-Harifa.
Min-naħa tagħha, l-GRTU qed taqbel li tinkoraġġixxi lill-artiġġjani biex jinvestu fl-operat u l-bini tagħhom sabiex b'hekk ikunu qed jaħdmu mal-MIP fl-iżvilupp taż-żona.
Filwaqt illi l-operaturi illum igawdu minn drittijiet stipulati f'konvenji vigenti bhal, per ezempju, konċessjoni ta' 65 sena fuq l-art talli jinvestu somma specifika f'bini u rata ta' cens stabbilita, permezz tal-MoU il-Gvern iddikkjara l-intenzjoni tieghu illi jmur lil hinn minn dak stipulat fil-konvenju. F'dan il-kuntest, l-MoU jghid illi l-MIP lesta zzomm l-istess rata ta' cens f'kaz illi dan jigi trasferit lil terzi sakemm min ikun qed jiehu c-cens ikun artiggjan. L-ghan hu li Ta' Qali Crafts Village ikun primarjament zona ta' artigjanat Malti u ghaldaqstant l-MOU qed jipprovdi termini aktar favorevoli ghal dawk l-artiġġjani li jaħdmu s-sengħa tagħhom mill-Crafts Village.
Il-Memorandum jesprimi wkoll l-intenzjoni tal-MIP illi tkun flessibbli fir-rigward tas-somma ta' investiment illi jrid isir mis-sidien tal-hwienet tax-xoghol kif stipulat fil-konvenji, biex b'hekk l-operaturi jkunu jistghu jaghmlu proposta ta' investiment aktar konformi ma' dak li jifilhu ghalih illum.
l-proposti għall-iżvilupp tal-hwienet tax-xoghol iridu jkunu approvati mill-MIP sabiex tinżamm kwalità tajba fid-disinn u l-materjali li jintużaw u b'hekk titjieb id-dehra taz-zona tal-villagg kollu. Intant, l-MIP qed tressaq ukoll talba sabiex il-villaġġ kollu jingħata status ta' DNO mill-MEPA u b'hekk il-proċess għall-iżvilupp mill-ġdid tal-hwienet tax-xoghol ikun jista' jitħaffef aktar.
Is-sidien tal-hwienet tax-xoghol jistghu ukoll jibbenefikaw mill-iskemi tal-Malta Enterprise sabiex jaghmlu dawn l-investimenti, filwaqt li jistghu jaghmlu uzu mill-ghajnuna kemm tal-Korporazzjoni kif ukoll tal-GRTU sabiex jidentifikaw liema skemi ta' assistenza huma applikabli ghalihom u biex jaraw x'iridu jaghmlu biex jibbenefikaw mill-assistenza.
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech qal li dan il-Ftehim huwa pass importanti li jagħti aktar serħan tal-moħħ lill-artiġġjani li joperaw f'dan il-villaġġ, li se jkunu jistgħu jinvestu fil-proprjetà tagħhom bl-għarfien li dan se jibqa' għandhom għal 65 sena u li ż-żona se tingħatalha dehra li tixiriqilha. Huwa fakkar kif il-Ftehim jipprovdi wkoll għall-possibiltà li l-MIP tgħin lill-istess sidien biex jinvestu fil-hwienet tax-xoghol tagħhom. Din l-għajnuna tiżdied ma' skemi oħra tal-Gvern li jistgħu jgawdu minnhom dawn is-sidien ta' negozju, fosthom l-iskema MicroInvest amministrata mill-Malta Enterprise li tippermettilhom jieħdu lura 40% tal-investiment li jkunu għamlu bħala kreditu tat-taxxa sa massimu ta' 25,000 ewro, l-iskema Micro Credit, u wkoll l-skema gdida ta' Micro Guarantee li dalwaqt se tithabbar.
Id-Direttur Generali tal-GRTU, is-Sur Vince Farrugia qal li dan il-ftehim hu ta' sodisfazzjon kbir ghall-GRTU u ghall-intraprizi tal-artigjanat Malti " Hu ta' sodiisfazzjon partikolari ghaliex wara negozjati fit-tul issa l-GRTU irnexxilha tiffirma ftehim favorevoli hafna ghas-sidien u artigjani li joperaw f' Ta' Qali u hu ta' sostenn ghal kull wiehed u wahda minnhom. Hi l-intenzjoni tal-GRTU li taghti l-ghajnuna kollha taghha lis-settur tal-artigjanat f'Malta, biex bis-sahha ta' arrangamenti godda u thaddim ta skemi ta' sapport imhaddma mil-Gvern Malti u b'finanzjati mil- Unjoni Ewropeja s-settur tal-artigjanat jinghata futur gdid", sostna Vince Farrugia id-Direttur Generali tal-GRTU.
Joan Haber President tal-Crafts Enterprise Sector tal-GRTU qalet li : "wara snin ta' laqghat, diskussjonijiet u argumenti, sa fl-ahhar wasalna mal-Gvern fi ftehim fejn kulhadd ceda bicca mid-differenzi li kienu qedghin izommunha, u issa sta ghal-artigjani li ilhom is-snin jahdmu minn Ta' Qali biex jahtfu l-opportunitajiet godda li qedghin jinfethu ghalihom bis-sahha ta' dan il-ftehim halli flimkien nibnu futur ahjar ghal-intraprizi taghna u l-artigjanat Malti.
Hija qalet: "Ghalija illum huwa jum storiku. Fl-ahhar ahna li nahdmu fil-kamp tal-artiggjanat wasalna biex niffirmaw il-kuntratt proprju biex l-art li qed nokkupaw tinghatalna b'cens. Issa veru nistghu nibdew ninvestu f'fabbrika li se tkun taghna ghal tul ta' zmien. Jien ilni Ta' Qali 32 sena u dejjem bil-hsieb li min mument ghal iehor il-fabbrika se titwaqqa' . Naturalment dejjem ghamilna investiment meqjuz u temporanju. Bhali ghamlu il-bicca l-kbira tal-operaturi tal-artiggjanat ta' Ta' Qali. Issa fl-ahhar nafu fiz-zgur li ahna f' Ta' Qali ghandna futur sod".
Joan Haber f'isem l-artigjani ta' Ta' Qali u l-GRTU Crafts Enterprise Sector irringrazzjat lill-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment Tonio Fenech li wassal iz-zewg partijiet ghal dan il-ftehim u irringrazzjat ukoll lic-Chairman prezenti tal- MIP u Malta Enterprise is-Sur Lawrence Zammit kif ukoll lic-Chairman ta' qabel, is-Sur Alan Camilleri li hadem hafna biex l-arrangamenti u l-kundizzjonijiet godda favorevoli ghall-operaturi ta' Ta' Qali. Hi awgurat li dan l-ispirtu ta' kooperazjoni jitkompla u li mill-aktar fis titwaqqaf Task Force li tanalizza u tindirizza l-problemi tal-artigjanat Malti biex jithaffef il-programm ta' tishih ta' dan is-settur li issa ser jitwettaq permezz ta' dan il-ftehim.