Il-GRTU hadmet ghas-success li ntlahaq f’certi zoni kummercjali fejn, bil-hidma ta’ hafna entitajiet, privati u pubblici, saru attivitajiet li b’rehiethom zdiedet l-attivita’ kummercjali waqt il-granet tal-festi u waqt granet partikolari. Dan hu process li rridu nkomplu nibnu fuqu ghax hu fid-direzzjoni t-tajba biex tissahhah il-‘consumer confidence’ li matul dawn l-ahhar snin kienet hadet tisbita gmiela.
Il-GRTU hadmet ghas-success li ntlahaq f’certi zoni kummercjali fejn, bil-hidma ta’ hafna entitajiet, privati u pubblici, saru attivitajiet li b’rehiethom zdiedet l-attivita’ kummercjali waqt il-granet tal-festi u waqt granet partikolari. Dan hu process li rridu nkomplu nibnu fuqu ghax hu fid-direzzjoni t-tajba biex tissahhah il-‘consumer confidence’ li matul dawn l-ahhar snin kienet hadet tisbita gmiela.
Il-problemi fis-settur tar-retailing huma kbar. Illum il-GRTU hi sodisfatta li hemm aktar rikonoxximent mill-awtoritajiet biex ikunu solvuti problemi, bhal burokrazija zejda, li johonqu l-kummerc. Matul l-2007 nistennew li naraw zieda fir-registrazzjoni ta’ negozji hekk kif tahdem ahjar is-sistema b’anqas xkiel tar-registrazzjoni tan-negozji. Nistennew ukoll li naraw zieda fin-numri ta’ haddiema rregistrati bhala li jahdmu fis-settur tar-retailing hekk kif tibda tahdem wkoll l-inizjattiva li n-nisa mizzewga tas-sidien tan-negozji jkunu jistghu jirregistraw l-impjieg taghhom fin-negozju tal-familja bla xkiel ghall-istess negozju. Ukoll ser naraw effett pozittiv ghall-inizjattivi li jhajru aktar investiment fil-qasam tal-kummerc. Pero baqa hafna xi jsir biex il-kummerc ikun b’sahhtu s-sena kollha u mhux biss fil-ftit granet tal-festi.
Il-GRTU tibqa tinsisti fuq l-Gvern li issa li dar l-kantuniera u qed jahdem b’aktar determinazzjoni favur in-negozji z-zghar, ikompli jwettaq aktar mil-proposti tal-GRTU favur is-settur kummercjali u s-settur ta l-intrapriza z-zghira. Jaghmel zball min jahseb li f’daqqa wahda issa kollox sewwa.
Zgur li mhux il-lok li nesageraw u nghidu, bhal ma qalet l-NSO fl-ahhar pubblikazzjoni tal-Labour Force Survey, li fl-2006 l-impjiegi fis-settur tar-retail, wholesale u garaxxijiet tat-tiswijiet tela bi 3448. Din hrafa li tirredikola lil min jghidha. F’ghaxar snin mil-1996 l-hawn dan is-settur zied l-impjiegi bi 3218 ruh, medja ta’ 322 haddiem fis-sena. Ma jistax ikun li s-sena l-ohra, fi ftit xhur, dan is-settur haddem zieda ta’ 3448 haddiem. Dan hu aktar minn ghaxar darbiet il-medja ta’ l-ghaxar snin ta’ qabel.
Il-GRTU tifhem li l-Labour Force Survey mahdum fuq sample, izda l-kredibilita’ titlob li c-cifri jkunu studjati sewwa qabel ma jkunu ippublikati. Dan qed nghiduh biex hadd ma jesagera u jmur jghid li fis-settur tar-retailing issa kollox tajjeb tant li l-impjiegi ghamlu qabza mirakuluza. Dan hu settur li qed jikber u jitlob hafna attenzjoni bbazata fuq fatti konkreti.
Il-GRTU wkoll hi xettika dwar ic-caqlieq li gie mhabbar dan l-ahhar fil-Prodott Gross Nazzjonali u fir-rati ta’ impjieg u nfieq minn sena ghall-ohra. Ma nistghux illum nghidu li bejn l-1996 u 2003 l-ekonomija kibret bi 22% anqas milli kienu qalulna dak inhar, u mil-2000 u l-2006 nghidu li t-tkattir ekonmiku reali minn 0.5% ittripla ghall- tkattir ta’ 1.52% u fl-istess waqt nippretendu li s-sidien tan-negozji jiehdu figuri hekk importanti bis-serjeta.
Dan l-GRTU tghidu bla ma tkun negattiva. Il-progress ekonomiku qed isir anke fis-settur tar-retailing tal-kummerc li ghalih titkellem l-GRTU, imma ejja ma nesagerawx. U ejja nkunu kredibbli fejn jidhlu cifri ekonomici pubblikati ufficcjalment.