SME Chamber

LN 96/2011: Il-GRTU titlob l-Intervent tal-PM

 Talba – Il-GRTU kitbet lill-Prim Ministru fejn infurmatu li l-GRTU dejjem kienet attiva fuq il-kwistjoni tal- kontroll ta` l-abbuz ta` alkohol miz-zghazagh, pero hi tal-fehma li l-Avviz Legali 96/2011 huwa pass drakonjan. M'huwiex korrett u mhux accettabbli ghal GRTU li sid ta' negozju, f'dan il-kaz sid ta' hanut tal-confectionery isib li l-kundizzjonijiet tan-negozju tieghu mbiddlu mill-lejl ghan-nhar. Ghal sid ta' negozju l-licenzja hija parti essenzjali mill-valur tan-negozju tieghu.

 

Confectionery, b'effett mill-ahhar ta' Mejju, qed jigi mgieghel jaghzel li jabbanduna wahda mill-licenzji li ghandu jigifieri; jew izomm dik ta' confectioner bid-dritt li jiftah erba' u ghoxrin siegha (24) kuljum waqt li jirrinunzja ghal licenzja tal-bejgh tal-alkohol jew inkella jaccetta li jzomm il-licenzja li ghandu li tintitolah li jbiegh l-alkohol imma jirrinunzja milli jibqa miftuh kuljum anke wara d-disa ta' filghaxija.

Il-GRTU laqqghet ghal aktar minn darba lis-sidien tal-confectioneries u dawn issa accettaw li jipproponu tibdil f'A.L. kif gej;

Il-Licenzja tan-negozju tal-confectioner tibqa kif inhi izda permess ta' bi-law Kunsilli Lokali partikolari jkunu jistghu jillegizlaw biex confectioners fil-lokalita' taghhom ma jkunux jistghu jbieghu alkohol wara d-disa (9) ta' filghaxija, jew matul is-sena kollha, jew f'perjodi partikolari. Fejn tidhol ir-restrizzjoni ta' hin jidhlu ukoll l-kundizzjonijiet punittivi skond il-Ligi. Kunsill Lokali partikolari jkun jista jara l-esigenzi tal-lokalita' tieghu u jimponi skond il-htiega minghajr ma johnoq d-dritt tal-konsumatur illi jixtri prodotti li qabel kien isib ghand il-confectioner fil-hinijiet tal-kumdita tieghu. Kunsill Lokali jkun jista jaddotta skond il-kriterji partikolari ghad-distrett tieghu.

Ghal-GRTU mhux accettabbli li l-Avviz Legali qed jolqot lil kulhadd f'Malta u f'Ghawdex. Il-problema  ma hijiex ta' Malta u Ghawdex kollu, izda ta' lokalitajiet partikolari matul is-sena kollha u f'ohrajn f'perjodi specifici matul is-sena

Il-GRTU talbet lill-Prim Ministru jiehu dan il-parir  ghaliex l-Avviz Legali Holoq ukoll precident ikrah fejn it-Trading Licence ta' l-Awtorita' tal-Licenzji giet inferjuri ghal licenzja ta' Awtorita' ohra. Dan fl-istess zmien meta fl-Ewropa kollha qed jitnehhew hafna mir-restrizzjonijiet bla htiega fuq n-negozji z-zghar u meta, kwazi kullimkien fl-Ewropa l-confectioneries fejn l-kundizzjonijiet jippermettu qed jithallew fil-liberta li jservu ukoll prodotti ta' confectionery u xorb ghal konsum fuq il-Lokal.

L-Avviz Legali kif inhu huwa pass kbir lura fi zmien li ghadna kemm haddanna l-principji tas-Small Business Act (SBA).

Twegiba

Il-Prim Ministru wiegeb immedjatament ghat-talba tal GRTU kif gej:

"Behsiebni niddiskuti s-suggett mal Ministri koncernati. Izda rrid inkun sincier mieghek u mal GRTU u nghidlek mill-ewwel li ma naqbilx ma dak li qieghed jigi propost. Hu fatt stabbilit li l-intenzjoni originali ta' din il-konvesjoni giet abbuzata bl-aktar mod goff u insensittiv. Huwa dan l-abbuz li gab mieghu l-bzonn ta' revizjoni tal-posizzjoni taghna.

Huwa fatt li ahna nixtiequ niffacilitaw aktar negozju – imma qatt ma jien ser naccetta li fl-alkohol isir abbuz u sfruttament bil mod li kellna s'issa."

Risposta tal-GRTU

Il-GRTU taqbel li l-abbuz ghandu jinqata` imma li tirrestringi lil kulhadd is-sena kollha u kullimkien  hi esagerazzjoni. Is-sidien kwazi kollha lesti jaccettaw restrizzjoni imma ghaliex ghandhom jitilfu x-xoghol matul il-jum, specjalment il-Hadd filghodu biex igawdieh haddiehor, u xoghol tajjeb iehor bhal fi zmien il-Milied, l-Ghid u okkazzjonijiet ohra bhal-Mother's Day, Valentines, etc fejn ibieghu hampers u rigali anke tax-xorb. Dan ghaliex kien hawn min abbuza.                 

L-Avviz Legali qed jibdel fundamentalment in-natura ta' linja shiha ta' negozji li fihom matul l-ahhar snin sar investiment enormi u fejn sar success meta kulhadd haseb il-kuntrarju meta tnehhew il-levies qabel dhalna fl-EU. Ghaliex biex nikkoregu irridu nhottu?  Kif inhu l-Avviz Legali illum m'hux gust u hu kontra t-trend fl-Ewropa kollha.

Il-GRTU ghal darb'ohra tablet lill-Prim Ministru jerga jikkonsidra ghax sincerament il-GRTU thoss li din kienet decizjoni mghaggla. 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).