Talba – Il-GRTU kitbet lill-Prim Ministru fejn infurmatu li l-GRTU dejjem kienet attiva fuq il-kwistjoni tal- kontroll ta` l-abbuz ta` alkohol miz-zghazagh, pero hi tal-fehma li l-Avviz Legali 96/2011 huwa pass drakonjan. M'huwiex korrett u mhux accettabbli ghal GRTU li sid ta' negozju, f'dan il-kaz sid ta' hanut tal-confectionery isib li l-kundizzjonijiet tan-negozju tieghu mbiddlu mill-lejl ghan-nhar. Ghal sid ta' negozju l-licenzja hija parti essenzjali mill-valur tan-negozju tieghu.
Confectionery, b'effett mill-ahhar ta' Mejju, qed jigi mgieghel jaghzel li jabbanduna wahda mill-licenzji li ghandu jigifieri; jew izomm dik ta' confectioner bid-dritt li jiftah erba' u ghoxrin siegha (24) kuljum waqt li jirrinunzja ghal licenzja tal-bejgh tal-alkohol jew inkella jaccetta li jzomm il-licenzja li ghandu li tintitolah li jbiegh l-alkohol imma jirrinunzja milli jibqa miftuh kuljum anke wara d-disa ta' filghaxija.
Il-GRTU laqqghet ghal aktar minn darba lis-sidien tal-confectioneries u dawn issa accettaw li jipproponu tibdil f'A.L. kif gej;
Il-Licenzja tan-negozju tal-confectioner tibqa kif inhi izda permess ta' bi-law Kunsilli Lokali partikolari jkunu jistghu jillegizlaw biex confectioners fil-lokalita' taghhom ma jkunux jistghu jbieghu alkohol wara d-disa (9) ta' filghaxija, jew matul is-sena kollha, jew f'perjodi partikolari. Fejn tidhol ir-restrizzjoni ta' hin jidhlu ukoll l-kundizzjonijiet punittivi skond il-Ligi. Kunsill Lokali partikolari jkun jista jara l-esigenzi tal-lokalita' tieghu u jimponi skond il-htiega minghajr ma johnoq d-dritt tal-konsumatur illi jixtri prodotti li qabel kien isib ghand il-confectioner fil-hinijiet tal-kumdita tieghu. Kunsill Lokali jkun jista jaddotta skond il-kriterji partikolari ghad-distrett tieghu.
Ghal-GRTU mhux accettabbli li l-Avviz Legali qed jolqot lil kulhadd f'Malta u f'Ghawdex. Il-problema ma hijiex ta' Malta u Ghawdex kollu, izda ta' lokalitajiet partikolari matul is-sena kollha u f'ohrajn f'perjodi specifici matul is-sena
Il-GRTU talbet lill-Prim Ministru jiehu dan il-parir ghaliex l-Avviz Legali Holoq ukoll precident ikrah fejn it-Trading Licence ta' l-Awtorita' tal-Licenzji giet inferjuri ghal licenzja ta' Awtorita' ohra. Dan fl-istess zmien meta fl-Ewropa kollha qed jitnehhew hafna mir-restrizzjonijiet bla htiega fuq n-negozji z-zghar u meta, kwazi kullimkien fl-Ewropa l-confectioneries fejn l-kundizzjonijiet jippermettu qed jithallew fil-liberta li jservu ukoll prodotti ta' confectionery u xorb ghal konsum fuq il-Lokal.
L-Avviz Legali kif inhu huwa pass kbir lura fi zmien li ghadna kemm haddanna l-principji tas-Small Business Act (SBA).
Twegiba
Il-Prim Ministru wiegeb immedjatament ghat-talba tal GRTU kif gej:
"Behsiebni niddiskuti s-suggett mal Ministri koncernati. Izda rrid inkun sincier mieghek u mal GRTU u nghidlek mill-ewwel li ma naqbilx ma dak li qieghed jigi propost. Hu fatt stabbilit li l-intenzjoni originali ta' din il-konvesjoni giet abbuzata bl-aktar mod goff u insensittiv. Huwa dan l-abbuz li gab mieghu l-bzonn ta' revizjoni tal-posizzjoni taghna.
Huwa fatt li ahna nixtiequ niffacilitaw aktar negozju – imma qatt ma jien ser naccetta li fl-alkohol isir abbuz u sfruttament bil mod li kellna s'issa."
Risposta tal-GRTU
Il-GRTU taqbel li l-abbuz ghandu jinqata` imma li tirrestringi lil kulhadd is-sena kollha u kullimkien hi esagerazzjoni. Is-sidien kwazi kollha lesti jaccettaw restrizzjoni imma ghaliex ghandhom jitilfu x-xoghol matul il-jum, specjalment il-Hadd filghodu biex igawdieh haddiehor, u xoghol tajjeb iehor bhal fi zmien il-Milied, l-Ghid u okkazzjonijiet ohra bhal-Mother's Day, Valentines, etc fejn ibieghu hampers u rigali anke tax-xorb. Dan ghaliex kien hawn min abbuza.
L-Avviz Legali qed jibdel fundamentalment in-natura ta' linja shiha ta' negozji li fihom matul l-ahhar snin sar investiment enormi u fejn sar success meta kulhadd haseb il-kuntrarju meta tnehhew il-levies qabel dhalna fl-EU. Ghaliex biex nikkoregu irridu nhottu? Kif inhu l-Avviz Legali illum m'hux gust u hu kontra t-trend fl-Ewropa kollha.
Il-GRTU ghal darb'ohra tablet lill-Prim Ministru jerga jikkonsidra ghax sincerament il-GRTU thoss li din kienet decizjoni mghaggla.