Is-Sitwazzjoni Llum
Dan zgur li ser ikun il-Budget li jigbed
fuqu hafna attenzjoni. Is-sena d-diehla hi s-sena tad-decizjonijiet. Ghalhekk
importanti li l-Gvern jimpressjona. Iddur kemm iddur dwar il-Budget, hemm fatt
wiehed li ma jista` jahrab minnu hadd: budget jirrifletti l-istat tal-ekonomija.
Fatt iehor: iddur kemm iddur, tkun kreattiv kemm tkun kreattiv, ic-cifri
ekonomici jitkellmu wahedhom. Punt iehor improtanti: llum l-ekonomija Maltija hi
mghassa.
Meta nkun Brussels jolqotni l-fatt li it-teknici ekonomici jafu
jaqraw l-ekonomija Maltija sewwa u lil hinn mill-kummenti pulitici
tal-Kummissarji Ewropej u pulitici barranin li jzuruna, dawn it-teknici jafu
r-realta` dwar Malta hafna u hafna aktar milli jahsbu xi Maltin li jahsbu li
ghaliex dwar l-ekonomija Maltija ipinguh sabih biex jimpressjona, jahsbu li
b’hekk qed jikkonvincu lil min hu istruwit. Zgur izda li qabel ma tghaddi
l-Elezzjoni l-Maltin ser jistordu jisimghu figuri fuq figuri biex
jimpressjonawna li sejrin hadida.
Nghid biss li bhalissa l-accountants
qed jghalqu l-kotba ta` hafna negozji u intraprizi Maltin kbar u zghar. Irrid
insib accountant wiehed biss li bhalissa qed jitbissem. Kollha kelma wahda:
bilanci ta` negozji daqshekk disastruzi ilhom ma jaraw zmien u l-istampa hi
l-istess f’kull settur. L-accountants maqbudin f’morsa. Ghax jew ikunu zeluzi
mal-verita` u jitfghu in-negozji tal-klijenti taghhom f’inkwiet kbir mal-banek
kummercjali hekk kif dawn jaraw l-accounts tal-klijenti b’telf kbir. Jew inkella
jaghtu ftit tal-kulur biex l-istampa tidher tajba u wkoll igibuhom juru profitt,
jifirhu l-banek izda lill-klijenti jkorruhom ma` tat-taxxa. L-accountants bravi
u kreattivi jafu pero` li min irid jaf x’inhu jigri sewwa ghandu jitkellem
mas-sidien tan-negozji Maltin. Mhux ma` dawk li ghandhom xi bicca art mweghdha,
jew xi assistenza mdendla, jew xi permess specjali diga mahdum, izda
mal-proprjetarji serji li n-negozju taghhom imexxuh sewwa u bl-isforzi taghhom
biss. Dawn kollha jafu li l-ekonomija Maltija ghaddejja minn zmienijiet difficli
u li s-sitwazzjoni xejn m’hi titranga.
Ghanijiet Ekonomici
Meta wiehed
ikejjel il-performance tal-ekonomija ta` Malta wiehed iqis kemm qed jirnexxilu
jew le pajjizna jilhaq l-ghanijiet imfassla mill-Gvern. Dawn li l-ghanijiet huma
dawn:
1. L-akwist ta` tkattir ekonomiku sostenibbli u konsistenti u li
jinzamm livell gholi ta` mpjieg li jwassal l-ekonomija Malta biex tilhaq u
tintrabat mal-ekonomija ta` l-Unjoni Ewropeja.
2. Li l-finanzi pubblici
ta` Malta jitrangaw tant li n-nefqa pubblika tkun sostenuta minn dhul bizzejjed
biex id-deficit strutturali jinzel ghal ratio ta` 2% tal-GDP fis-sentejn li
gejjin.
3. Li l-ekonomija Malta tkun tista ssostni lilha innifisha biex
ma jkollhiex zbilanci fil-kontijiet ta` Malta mal-kumpliment
tad-dinja.
Zieda Fil-Produttivita`
Il-Gvern Malti jemmen li t-tnehhija
tal-levies u l-bidliet li qed isiru biex Malta taddotta l-acquis kommunitarju u
r-ristruttura li qed tigi mgeghla tghaddi minnhu l-ekonomija Maltija ser
tirrizulta f’aktar efficjenza ekonomika. Il-Gvern qed jittama, skond l-istudji
li ghandu f’idu, li ser ikun hemm titjib ekonomiku f’oqsma mportanti bhal ma hi
dik tal-produttivita` tal-haddiema Maltin. Il-Gvern qed jittama li dawn
ir-riformi ser igibu zieda fil-produttivita` ta` 0.5% fis-sena.
Hafna
jahsbu li ghalkemm l-ekonomija ma tiddependix tant fuq il-biedja (2.6%) daqs
kemm tiddependi fuq l-industrija (26%) allura mhux tant importanti ghal Malta
jekk il-biedja tickienx jew tikbirx. Dan mhu vera xejn. Il-biedja taghmel parti
mportanti mill-katina li taghqqad l-ekonomija Maltija u jekk tmut il-biedja
partijiet importanti ta` Malta li huma meqjusa bhala rurali, jaqalghu daqqa
kbira. Il-GRTU ma tirraprezentax lill-bdiewa izda ma trid bl-ebda mod tara
l-biedja ssoffri ghax mal-biedja jghixu hafna nies u hi parti mportanti minn dak
li hu Malti. Pero` wiehed irid ikollu saqajh ma` l-art u jipprova jifhem
x’ghandu f’rasu l-Gvern. Gvern, hu min hu jiddeciedi u aktar iva milli le dak li
jwettaq ma jergghax jitnehha Rari nisimghu li xi skema, xi ligi, xi taxxa jew xi
tnehhija ta` protezzjoni terga tiddahhal wara li tkun tnehhiet jew li titnehha
wara li tkun dahlet jekk mhux wara hafna snin u hafna tahbit. Illum l-ghanijiet
tal-Gvern huma li l-biedja tinghata l-ghajnuna kollha biex tikkompeti u
tipproduci prodott tajjeb rikjest mis-suq u kif iridu s-suq u bi prezz
kompetittiv u s-suq ikun liberalizzat. F’kelma wahda l-Gvern jemmen li s-suq
isuq u ma jridx jaf bl-ebda protezzjoni.
Suq Wiehed Ewropew
Dan
ifisser li l-konsumatur permezz tal-bejjiegh tal-haxix u frott ikollu ghazla
wiesgha ta` prodotti lokali u mportati. Il-Gvern jemmen li bi programmi ta`
sapport ghal settur settur, is-suq ikun jista` jinfetah u Malta tkun tista`
tintegra ruhha mas-suq komuni ewropej. Dan hu s-suq bla frontieri li minn
Finland jinzel sa` Malta u mill-Irlanda jasal sal-Bologna jekk it-tkabbir
jirnexxi u jkun suq bla fruntieri ta` erba mitt ruh. L-ghan tal-Gvern hu li
l-ekonomija ckejkna ta` Malta tkun tista tilhaq u tlahhaq mal-kumplament f’dan
is-suq kbir u li l-imprenditur biedwi Malti jkun jista jfendi b’kompetizzjoni
minn u kontra kulhadd. Il-Gvern Malti jemmen li l-impatt ekonomiku fuq
it-tkattir tal-ekonomija nazzjonali u fuq is-suq tax-xoghol ikun posittiv tant
li wara s-sena 2003 l-produttivita` tax-xoghol tal-haddiema Maltin tibda tiela
bir-rata ta` 0.5% fis-sena.
Huma hafna ix-xettici, fosthom jien, dwar
kemm dan ix-xenarju ser jirnexxi. L-indikazzjonijiet illum huma li hafna minn
dak li diga gie pprogettat ma rnexxiex, ir-ristruttura mweghda mhux qed issir,
l-iskemi ta` sapport li l-industrija u li l-biedja mhux qed jahdmu,
il-produttivita` nazzjonali m’hix tiela izda niezla u ghalhekk ma tantx hemm
fiducja li l-miraklu ekonomiku se jirnexxi. Biex wiehed jghid kollox izda,
ir-ristruttura ekonomika mhux facli u tiehu z-zmien. Ukoll l-iskemi tas-sapport
min-naha tal-Gvern jiehdu z-zmien biex jinhaddmu u jitwettqu. Min bhali ghadda
mill-perijodu ta` riforma kbira li rat Malta snin ilu jaf li mhux facli li
tibdel l-istrutturi ekonomici ta` pajjizna u li jkollok success. Din xi haga li
kull min ghadda mill-magna ta` l-esperjenza jafha. Jidher sfortunatament li
hafna li qed jiktbu r-rapport u jfasslu l-projections, din ma
jafuhiex.
Il-Budget Li Gej
Il-Budget 2003 ghalhekk ser jibni qafas ta`
progetti u pjanijiet u skemi diretti ta` intervent min-naha tal-Gvern li ser
ikunu ibbazati fuq dwan l-istudju u dawn il-projections. Il-Ministru tal-Finanzi
ghandu esperjenzi bizzejjed biex jifhem li jkun genn jekk nassumu li kollox ser
imur harir. L-ewwelnett, Malta hi wahda mill-aktar ekonomija miftuha ghal-irjieh
li jolqtu lid-dinja ekonomika. It-tieni nett l-impatt ekonomiku tal-mizuri
jiddependi kemm il-mizuri jkunu mahsuba sewwa u kemm ikunu genwini. Jiddependi
wkoll fuq kemm lil min ser jolqtu jkun lest u ghandu l-abilita` u r-rieda li
jhaddimmhom. Illum ghandna wisq nies b’nifishom maqtugh u mghobbijin isolvu
l-problemi li ghandhom s’issa bil-bidliet li saru, u ghalhekk ftit ghandhom
entuzjazmu li jfasslu pjanijiet godda u jissugraw flushom f’aktar investiment
ghal futur. Il-pjanijiet tal-Gvern jahdmu biss jekk l-investitur privat Malti
jemmen fihom, jinvesti fihom, ihaddimhom u jirnexxi. Dan kollu jissarraf f’kelma
wahda: fiducja.
Imma ejja nkunu posittivi u nghidu li l-Gvern ser
jippjana tajjeb u ser ibiegh tajjeb u li l-investituri jafdawh. Jibqa l-fatt li
l-proposti godda jridu jitilqu mir-realta` ekonomika tal-lum. Din ir-realta`
trid tkun spjegata sewwa. Hu possibli li l-Budget jippresenta analisi ekonomika
li jaqblu maghha anke x-xettici.
Msiehba Socjali
Li jaqblu ukoll
maghha l-korpi kostitwiti u t-trade unions. Hu possibli li l-imsiehba socjali
jaccettaw l-istampa ekonomika bhala vera u reali u l-projections bhal attainable
u jkunu lesti jintrabtu maghhom. Din ser iholl u jorbot ghal dan il-Budget li
gej aktar milli ghal Budgets ta` qabel. Aktar u aktar jekk il-qabza lejn
l-Ewropa Maghquda ssir.
Illum qed nintrabtu u wahedna nergghu nhollu jekk
dak li nfasslu llum ma jirnexxix. Jekk nintrabtu mhux ser ikun tant facli. Ukoll
ir-rabta tfisser li nkunu hattejna dak li kien isostni lill-industija lokali u
l-biedja sal-lum u nkunu ftahna bieb li ma nkunux nistghu nergghu naghlquh.
Ghalhekk ir-riforma trid bilfors tahdem ghax ikun difficli imbaghad li nigbdu
l-habel lura.
Flus
Il-Gvern mill-banda l-ohra jrid ikun sab il-mezzi
finanzjarji li jsostni l-programmi u l-inizjattivi kollha li qed iwieghed
minghajr ma jkompli jifqa l-budget deficit u jonfoh aktar id-dejn nazzjonali.
Anzi l-Ministru tal-Finanzi qed jobsor li l-budget ikompli jittranga, d-dejn
jibda jonqos, it-taxxi jibdew jonqsu u jkollu flus ukoll biex ihallas
ghall-programmi kollha li fasslulu l-ekonomisti tal-IPSE u tal-MDC, tal-MTA u
tal-Ministeru tieghu u dak tal-Prof. Josef Bonnici.
Il-Ministru
tal-Finanzi jittama wkoll li l-ekonomija tad-dinja jghaddilha l-inkwiet li
waqghet fih u li Malta tbiegh aktar fis-swieq barranin u tigbed lejha aktar
turisti. Jekk jahdmu l-projections u kollox imur sewwa ser jghidulna fil-Budget
li gej li kollox ser imur sewwa. L-imsiehba socjali jridu jemmnu u jibqghu
jittammaw. U maghhom il-membri taghhom.