SME Chamber

Laqgha ghas-sidien tan-negozji tan-Naxxar


Nhar il-Ħamis 20 ta' Ġunju l-Kunsill Lokali Naxxar
sejjaħ laqgħa għas-sidien tan-negozji fin-Naxxar.  L-iskop ta' din il-laqgħa kien biex ikunu
diskussi suġġerimenti li jwasslu biex ikun hemm koperazzjoni akbar bejn
il-Kunsill u s-settur tan-negozju kif ukoll biex tikber l-ekonomija lokali.

Fil-ftuħ tal-laqgħa s-Sindku Dott. Maria
Deguara  ħeġġet biex ikun hemm aktar
komunikazzjoni bejn iż-żewġ partijiet biex il-Kunsill ikun aktar konxju
tal-ħtiġijiet tan-negozjanti.  Hija
appellat biex kulħadd jagħti s-sehem tiegħu ħalli l-ambjent tan-Naxxar
jissebbaħ.  Hija tat diversi suġġerimenti
ta' inizjattivi li wieħed jista' jieħu dwar dan bħalma huma tisbieħ tal-faċċati
u l-bankini bil-fjuri.  B'dan mhux biss
jissebbaħ il-lokal iżda jattira aktar nies u klijenti għall-istess
negozji.  Ir-riżorsi huma limitati għal
kulħadd iżda, jekk il-piż jinqasam, igawdi kulħadd, qalet is-Sindku Deguara.

Is-Sindku imbagħad esprimiet ix-xewqa li jkun
iffurmat kumitat mill-komunità kummerċjali biex jiffaċilita l-komunikazzjoni
bejn iż-żewġ partijiet.

Tkellmet ukoll il-Viċi Sindku Anne Marie Muscat
Fenech Adami li għandha r-responsabbiltà tan-negozji tan-Naxxar.  Hija saħqet li mhux bilfors ikun hemm qbil
fuq kollox iżda wieħed irid ifittex dak li jqarreb lil xulxin biex finalment
kulħadd jirbaħ.

Il-Viċi Sindku Muscat Fenech Adami elenkat xi
ħsibijiet li għandu l-Kunsill li iżda xtaqet li jkunu diskussi f'aktar dettall
flimkien għaliex ma kinitx l-intenzjoni tal-Kunsill li jimponi iżda li dak li
jagħmel ikun aċċettabbli u bi qbil man-negozjanti.

Fost l-inizjattivi li semmiet hemm voucher book
biex jitqassam man-Naxxarin, BiżNiss (id-direttorju tan-negozji li ġie
ppublikat dan l-aħħar) fuq website u application għal-fuq smart phones, tabelli
ta' direzzjoni b'uniformità u korsijiet u sessjonijiet ta' informazzjoni.

Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll is-Sinj.
Carmen Borg f'isem il-GRTU.  Hija
esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li saret din il-laqgħa u faħħret lill-Kunsill
Lokali Naxxar għall-inizjattivi li jieħu favur is-settur tan-negozju.  Hija appellat biex anki s-settur tan-negozju
jagħmel il-parti tiegħu.  Is-Sinj. Borg
semmiet li, fi stħarriġ li għamlet il-GRTU fi żmien il-Milied, ħareġ li
l-Kunsill tan-Naxxar huwa l-unika Kunsill f'Malta li joħroġ l-ispejjeż kollha
tat-tiżjin tal-Milied waħdu. 
Għall-kuntrarju, fil-lokalitajiet l-oħra kollha l-komunità kummerċjali toħroġ
is-sehem tagħha.

Is-Sinj. Borg faħħret ukoll inizjattivi li hemm
maħsuba mill-Kunsill biex flimkien jissebbaħ l-ambjent u li l-Kunsill huwa
kommess li jisma u jiddiskuti.  Hija tat
informazzjoni wkoll fuq is-servizzi offruti mill-GRTU b'mod partikulari bħala
aġenzija EuropeDirect.

Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju
Eżekuttiv tal-Kunsill, is-Sur Paul Gatt fejn wieġeb għal xi mistoqsijiet li
saru min-negozjanti.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).