Fil-Head Quarters tal-GRTU fl-Exchange Building, Triq ir-Repubblika l-Belt, dalghodu nzammet id-disa' u hamsin Laqgha Generali Annwali tal-GRTU. Il-Laqgha Generali semghet rapport tal-hidma li wettqet l-GRTU matul l-2007. Kopja tar-Rapport Amministrattiv li pprezenta d-Direttur Generali Vince Farrugia u l-Media tista tikkwota minnu. (Jinsab ukoll fuq l-website – http://www.grtu.net).
Fil-Head Quarters tal-GRTU fl-Exchange Building, Triq ir-Repubblika l-Belt, dalghodu nzammet id-disa' u hamsin Laqgha Generali Annwali tal-GRTU. Il-Laqgha Generali semghet rapport tal-hidma li wettqet l-GRTU matul l-2007. Kopja tar-Rapport Amministrattiv li pprezenta d-Direttur Generali Vince Farrugia u l-Media tista tikkwota minnu. (Jinsab ukoll fuq l-website – http://www.grtu.net).
Il-Laqgha Generali appruvat ukoll il-kandidati li ser jiffurmaw l-Kunsill Ezekuttiv 2008.
Il-Laqgha Generali appruvat ukoll ir-Rapport Finanzjarju.
Il-Laqgha ghalqet bid-diskors Annwali tal-President tal-GRTU s-Sur Paul Abela. Kopja tad-diskors tas-Sur Paul Abela hija annessa. Dawn huma wkoll fil-Website tal-GRTU.
Fost affarjiet ohra l-President tal-GRTU qal:
"L-2008 trid tarana sodi. Trid tarana cari. Din hi s-sena ta' l-Elezzjoni. Ahna bhal dejjem nigbru il-proposti taghkom biex nizguraw li l-partiti politici jkunu armati bi proposti ibbazati fuq il-principji li ahna nhaddnu. Xoghlna hu li nkunu ghassa biex dak li jkun propos, ma jkunx ta' hsara ghall-dak li b'tant sagrificcji bnejna, izda li bil-maqlub, ikompli jsahhah dak li b'tant sagrificcji pajjizna bena. Ahna fiducjuzi li llum l-klassi politika Maltija hi struwita bizzejjed biex tifhem li l-futur ta' Malta hu futur mibni fuq il-helsien kummercjali u fuq sistema ta' Gvern li jiggwida u jiffacilita, imma mhux jintervjeni u jxekkel. Illum ahna fiducjuzi li l-politici Maltin kapaci jikkompetu bejniethom skond min l-aktar hu kapaci joffri l-ahjar programm elettorali u l-ahjar nies biex iwettqu dak li jipproponu.
Nemmnu li l-Elezzjoni Generali li gejja fuqna dalwaqt ghandha tkun ghazla hielsa, u fiducjuzi li l-membri taghna u s-setturi kollha li nirraprezentaw ahna huma kapaci jgharblu u jiddeciedu fl-ahjar interess ta' pajjizna. Hu ghalhekk li l-GRTU m'ghandiex ghalfejn tesponi ruhha u zgur mhux il-lok li tinbaram jew tittiehed b'xi influwenza politika partiggjana. Il-linja taghna hi cara. Hi newtrali u ndipendenti. Kull individwu imsieheb maghna, jghazel hu, jiddeciedi huwa/hija, dak li hu fl-ahjar interess ta' l-intrapriza tieghu/taghha, tas-settur tieghu/taghha, u ta' pajjizna. Izda ahna bhal organizzazjoni nkunu vigilanti biex is-serjeta tirrenja. Pajjizna jista, u ghandu d-dritt, jghazel l-Gvern tieghu bla xkiel u bla ndhil ta' hadd. Kulhadd jaf jara, kulhadd jaf jizen, kulhadd jaf jiddeciedi. Hadd m'ghandu bzonn min izommlu idu. Zgur mhux in-nies taghna. Il-GRTU lesta ghal kollox. Nafu l-irwol taghna sewwa. Nafu li meta nimxu u mmexxu bil-ghaqal ghandna is-support ta' dawk kollha li s-serjeta jafu jarawha.
Hu ghalhekk b'kuragg u entuzjazmu li nersqu lejn l-2008. Sena ohra ta' sfidi. Sena ohra li lilna ser issibna pronti."