Il-Kunsill Ezekuttiv tal-GRTU Kamra
Maltija ghan-Negozji Zghar u Medji, jiddeplora l-mod kif qed jigu irrapportati
fil-konfront tal-GRTU, l-fatti fil-kaz pendenti l-Qorti fejn il-Pulizija
ressqet lil Sandro Chetcuti b'akkuzi marbuta mal-attakk mwettaq fuq Vince
Farrugia, d-Direttur Generali tal-GRTU, fil-11 ta' Marzu 2010.
Il-Kunsill Ezekuttiv fil-Laqgha
tal-Kunsill tat-Tnejn 19 ta' Novembru 2012 esprima s-solidarjeta' u l-fiducja
shiha tieghu fil-President Paul Abela, fid-Deputat President Philip Fenech u
fid-Direttur Generali Vince Farrugia u l-Kap Ezekuttiv ta' Green MT Joe Attard
u tawguralhom fil-hidma bla waqfien taghhom fil-GRTU, ghall-gid tas-sidien
tan-negozji privati, micro,
zghar u medji u ghas-self-employed
Maltin.
Il-Kunsill Ezekuttiv ifakkar li
l-Pulizija ressqet il-kaz il-Qorti ‘l ghada li sehh l-attakk, u wara li
investigat il-kaz u wara li fi zmien siegha, hadet l-istqarrijiet ta' kull
persuna prezenti fil-GRTU fil-11 ta' Marzu 2010. Il-Pulizija wasslu fl-ufficcju
tal-GRTU minuti wara li sehh il-kaz, u l-evidenza ingabret immedjatament u
l-Kunsill huwa sodisfatt illi bl-ebda mod ma giet influwenzata l-evidenza li
ingabret. Il-persuni prezenti fil-GRTU fil-11 ta' Marzu 2010, inkluzi ix-xhud
Sylvia Gauci, ghamlu l-istqarrijiet taghhom lil Pulizija immedjatament wara li
twettaq l-attakk u dawn l-istqarrijiet huma xhieda bizzejjed li jikkonfermaw
dak li verament sehh dak il-hin, a tempo vergine.
Il-Kunsill jesprimi l-fehma illi
fiz-zmien qasir bejn l-attakk u l-istqarrijiet moghtija lill-Pulizija, ma setax
kien hemm hin ghal xi laqgha kif sostniet Sylvia Gauci aktar minn sentejn u
nofs wara li taghat l-istatament originali taghha, fix-xhieda taghha moghtija
fit-12 ta' Novembru 2012 u fuq sejha tad-difiza ta' Sandro Chetcuti.
L-Ufficjali tal-GRTU jichdu bl-aktar
mod kategoriku li huma zammew xi laqgha fejn, jew, taw xi struzzjonijiet jew
b'xi mod ordnaw jew geghlu lil xi hadd jixhed b'xi mod jew iehor. L-Ufficjali
tal-GRTU imsemmija minn Sylvia Gauci jichdu kategorikament li tawha xi
struzzjonijiet kif tixhed, u kollha jzommu d-dritt taghhom illi jiehdu
dawk il-passi opportuni biex iharsu isimhom.
Il-Kunsill tal-GRTU jissolleva ukoll
illi Sylvia Gauci qatt ma kienet impjegata tal-GRTU, jew li xi hadd b'awtorita'
fil-GRTU b'xi mod taha xi struzzjonijiet kif tixhed. Sylvia Gauci sa ma giet
appuntata fil-pozizzjoni gholja li tokkupa illum ta' Segretarju Ezekuttiv tal-Malta Council for Economic and Social
Development (MCESD), kienet membru
elett tal-Kunsill Ezekuttiv tal-GRTU u ghalhekk mhux taht l-istruttura ta'
influenza tad-Direttur Generali tal-GRTU bhala Kap Ezekuttiv.