SME Chamber

L-imposizzjoni tat-taxxa ambjentali: Ipposponi l-ligi – L-Imsiehba Socjali lil Prim Ministru


L-imsiehba socjali kollha kemm huma qeghdin isemmghu lehinhom
f’vuci wahda: li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi m’ghandux ikompli jwebbes rasu u
jimplimenta t-taxxa ambjentali minghajr konsultazzjoni adegwata mas-shab
socjali. Il-Gvern akkost ta’ kollox irid li din it-taxxa tiddahhal fl-1 ta’
Awissu li gej.


Nhar l-Erbgha wara nofs in-nhar, il-Prim Ministru Lawrence
Gonzi sejjah laqgha urgenti mas-shab socjali f’Kastilja. Din il-laqgha bdiet
fl-4.00 p.m. u damet saghtejn.

Madankollu l-imsiehba socjali xejn m’huma
kuntenti bir-rizultat ta’ din il-laqgha, ghax minkejja li ghamlu madwar saghtejn
jiddiskutu, il-Gvern xorta wahda, l-Erbgha fil-ghaxija stess u sahansitra
l-bierah fil-ghodu u fil-ghaxija, baqa’ ghaddej qiesu ma gara xejn u kompla
jiddiskuti l-Abbozz ta’ Ligi dwar din it-taxxa fil-Parlament.

F’kummenti
lil l-orizzont, l-ghada tal-laqgha ta’ nhar l-Erbgha mal-Prim Ministru, Tony
Zarb, is-Segretarju Generali tal-General Workers’ Union sostna li “ghamilniha
cara hafna ghall-Prim Ministru li l-GWU qieghda tara din it-taxxa xejn hlief
aktar pizijiet godda fuq il-haddiema u l-pensjonanti. Jekk veru l-Gvern
jirrispetta lis-shab socjali ghandu jisma’ mis-sinjal car li qeghdin jaghtuh.
Dan is-sinjal huwa: IEQAF U TKOMPLIX TWEBBES RASEK.”

Tony Zarb zied jghid
li fil-laqgha ta’ nhar l-Erbgha, kulhadd esprima l-istess pozizzjoni li
m’ghandhiex thalli triq ohra hlief dik li l-Gvern jieqaf milli jkompli ghaddej
bil-ligi u jiddiskuti mas-shab socjali, biex wara li jigi idendifikat l-impatt
fuq il-haddiema, il-pensjonanti u anki min ihaddem, b’mod immedjat ikun hemm
ir-rimedji.

Huwa qal ukoll li l-haddiema, il-pensjonanti u l-familji
taghhom ma jistghux jerfghu l-pizijiet ta’ din it-taxxa u dan ghax digà qeghdin
jerfghu hafna pizijiet ohrajn. Semma fost l-ohrajn iz-zieda ta’ 3% fil-VAT u
zidiet li kien hemm fil-petrol, id-diesel u l-pitrolju.

“Dan il-kaz
ghandu jservi biex il-Gvern jinghata sinjal car mis-shab socjali li spicca
z-zmien li jibqa’ jittrattahom bhala tal-konvenjenza. F’kaz li l-Gvern jinjora
dak li qeghdin jghidulu s-shab socjali, ikun ifisser li qieghed bl-agir tieghu
jimmina il-kuncett ta’ shab socjali. Ikun inutli wara li l-Gvern jipprova
joqghod izieghel bis-shab socjali biex min-naha taghhom dawn ikomplu jiddiskutu
diversi problemi li ghandu l-pajjiz, liema problemi zgur ma kinux is-shab
socjali li ghabbew lill-pajjiz bihom,” qal Tony Zarb.

Huwa kompla jishaq
li “min-naha taghna, bhala union, se nkomplu naghmlu l-pressjoni biex dak li
ddecieda l-Kunsill Nazzjonali tal-GWU jigi attwat u issa sta ghall-Gvern liema
diska jdawwar – jew dik li jsib is-soluzzjonijiet kif qeghdin jindikawlu s-shab
socjali, jew id-diska l-ohra, dik tal-konfrontazzjoni u l-arroganza.

“Li
nghid biss huwa li l-GWU se tkun b’ghajnejha miftuhin berah ghal dak kollu li
jkun qed isehh, biex imbaghad tiehu l-pozizzjonijiet taghha fl-interess
tal-haddiema, il-pensjonanti u l-familji taghhom. Kieku l-Gvern ried jara kif se
jirranga l-ambjent, flok ma mpona din it-taxxa messu ha l-inizjattivi li
ncentiva lil dawk ic-cittadini u jhajjarhom biex jaghmlu uzu minn oggetti
‘eco-friendly’.

F’kummenti wkoll lil dan il-gurnal, Gejtu Vella,
is-Segretarju Generali tal-Union Haddiema Maghqudin (UHM), sahaq li l-union
ghamlet il-pozizzjoni taghha wahda cara lill-Gvern – li “jipposponi l-ligi halli
l-ewwel issir diskussjoni serja ma’ l-imsiehba socjali fl-MCESD. Il-ballun issa
jinsab f’saqajn il-Gvern. ”

Gejtu Vella qal li bhala
union,

“ninsistu wkoll li din l-eko-kontribuzzjoni jew taxxa ambjentali,
sejhilha kif trid, se ggib piz gdid fuq il-familji Maltin u Ghawdxin. Nhar
it-Tlieta kellna laqgha mal-Ministru George Pullicino u mas-Segretarju
Parlamentari Tonio Fenech fejn ergajna ghamilna l-pozizzjoni taghna cara u
ghamilna l-istess haga fil-laqgha ta’ nhar l-Erbgha, dik id-darba quddiem
il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Ministri George Pullicino u Austin Gatt u
mas-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech.

“Il-pozizzjoni taghna hija cara
u jekk il-Gvern jaghmel li jrid, imbaghad wara naghmlu dak li hu mehtieg ahna.
Irridu konsultazzjoni vera u ghalhekk ninsistu li l-implimentazzjoni ta’ din
it-taxxa tigi posposta.”

Min-naha tieghu, id-Direttur Generali tal-GRTU,
Vince Farrugia, sahaq ma’ l-orizzont li “allahares Lawrence Gonzi jigi jaqa’
jqum minn kulhadd u jibqa’ ghaddej meta jaf li kulhadd huwa kontrih. Din il-haga
qatt ma grat fil-pajjiz li l-Gvern kellu lil kulhadd kontrih – is-shab socjali,
l-unions, l-ghaqdiet tal-konsumaturi u anke l-ghaqdiet ta’
l-ambjent.

“Nemmen li Lawrence Gonzi jifhem u ghalhekk nemmen li mhux se
jaghzel it-triq tal-konflitt. Jekk il-ligi tigi posposta hadd ma
jbati.”

Vince Farrigia zied jghid li Lawrence Gonzi m’ghandux ikompli
jwebbes rasu. Kulhadd jaf li l-ligi ghandha tigi posposta u ssir diskussjoni
serja. Huwa spjega li l-bicca l-kbira ta’ Lm4 miljun li se jdahhal il-Gvern minn
din it-taxxa ambjentali se jdahhalhom mill-grupp zghir ta’ negozjanti. Il-GRTU
qieghda tistenna li l-Gvern inehhi l-ingustizzja kbira li ghamel fuq kulhadd,
meta issa jrid lin-negozjanti jibghatulu cekkijiet ta’ eluf kbar ta’ liri
minhabba li jridu jhallsu t-taxxa fuq l-istokks li ghandhom, li huma prodotti li
ghadhom ma bieghux.

Jekk jigri dan, il-Gvern se johloq zieda fl-ammont
ta’ nies bla xoghol ghax in-negozjant ikun kostrett jkecci lill-impjegati tieghu
ghax ma jkunx jiflah ghal dan il-piz gdid.

“Din it-taxxa l-gdida ta’
l-ambjent mhux veru giet miftehma ma’ l-imsiehba socjali fil-laqgha li saret
qabel il-Budget tas-sena l-ohra f’Ghawdex. Dak in-nhar konna tlabna kjarifiki
fuqha u r-risposta li nghatajna mill-Gvern kienet li din m’hix se tidhol qabel
ma jintlahaq ftehim.

“Izda sirna nafu bit-taxxa permezz ta’ abbozz li
gie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tliet gimghat biss qabel ma habbarha.
Ghalhekk mahruqin wahda nobis ghax il-Gvern haseb li se jigbor balla liri minn
fuqna u jhabbarhom fil-budget li gej, meta din it-taxxa qatt ma kienet diskussa.
Il-paniku tal-Gvern mhux veru huwa biex jibza’ ghall-ambjent, imma biex jigbor
il-flus qabel il-budget,” sostna Vince Farrugia.

Anton Borg, il-President
ta’ l-FOI, ukoll kien ta’ l-istess fehma li Lawrence Gonzi m’ghandux ikompli
jwebbes rasu. “Fil-waqt li bhala employers m’ahniex inkwetati li din il-ligi se
tghaddi mill-Parlament ghax il-Gvern assigurana li wara li l-ligi tghaddi
mit-Tieni Qari, jekk ikun hemm problemi se jwaqqaf kollox fl-istadju
tal-kumitat, m’ahniex kuntenti xejn bl-ezitu tal-laqgha ta’
l-Erbgha”.

Sadanittant ghal mistoqsija ta’ l-orizzont qabel il-laqgha ta’
nhar l-Erbgha dwar it-talba ta’ l-imsiehba socjali biex il-process li se jdahhal
fis-sehh din it-taxxa jigi pospost hix gustifikata, il-Ministru ghall-Affarijiet
Rurali u Ambjent George Pullicino wiegeb li “fl-opinjoni tieghi,
il-konsultazzjoni saret u ghadha ghaddejja. Le, m’hemmx raguni ghaliex inwaqqfu
d-diskussjoni fil-Parlament. Fl-opinjoni tieghi, il-pozizzjoni tal-Gvern hija
cara – hemm bzonn nigbru l-flus biex ninvestu fl-affarijiet li hemm bzonn
naghmlu.”

George Pullicino kompla jishaq li hadd ma jiehu gost imur
il-Parlament u jipproponi zidiet, imma l-verità hija li jew nibq-ghu nidhku
b’xulxin u nghidu ghandna pjan u dak il-pjan jibqa’ fl-arja, jew inkella rridu
nsibu l-mezzi li l-inqas iweggghu lin-nies.

“Stajna ghamilna mod iehor.
Stajna qbadna u qsamna l-ispiza fuq kull bieb u dar u fuq kull familja ndaqs.
M’ghamilniex hekk. Ippruvajna mmorru lejn sistema li tindirizza l-gbir tal-flus,
imma tindirizza wkoll l-idea li inti tbiddel it-tendenzi fil-konsum.

“Mhux necessarjament is-soluzzjoni perfetta. Lesti nkomplu niddiskutu
anke wara li l-ligi tghaddi biex nirfinaw l-affarijiet, imma dan il-pajjiz
ghandu bzonn li jaghmel il-bidu.

“U dan il-bidu rridu naghmluh illum
qabel ghada jekk ma rridux li nibqghu bil-problemi tal-qasam ta’ l-iskart li
ghandna llum li hafna drabi hallejnihom taht it-tapit u li hemm bzonn naghmlu xi
haga dwarhom,” kompla jghid il-Ministru Pullicino lil
l-orizzont.


X’irid jimponi
l-Gvern…

– Fliexken u bottijiet tax-xorb maghmulin mill-Hgieg, plastik
jew metall – 1c fuq kull flixkun jew bott li jkun fih xorb mhux alkoholiku (bhal
‘soft-drinks’ jew ilma) u 5c fuq kull flixkun jew bott li jkun fih inbid jew
xorb alkoholiku.

– Prodotti kozmetici bhall-fwejjah u make-up – 5c fuq
kull prodott.

– ‘Tyres’ ta’ vetturi u muturi – Lm2 kull ‘tyre’.


Batteriji – 10c fuq kull batterija normali (minn dawk li normalment jintuzaw
fid-djar jew fl-ufficini) u 70c fuq kull batterija tal-karozzi.

– Zjut –
10c fuq kull litru ta’ zejt uzat fil-karozzi u 5c fuq kull filter
taz-zejt.

– Apparat domestiku – Lm12 fuq kull apparat li jkessah
(‘fridges’ u ‘air-conditioners’); Lm3 fuq kull oggett li jsahhan l-ilma
(bhall-‘geysers’); Lm5 fuq kull television jew monitor (mhux akbar minn 28
pulzier); Lm15 fuq kull television jew monitor (akbar minn 28 pulzier); Lm2.50
fuq kull apparat tat-telekomunikazzjoni (bhat-telephones u mobile phones); Lm10
fuq kull apparat li jintuza ghall-hasil u t-tisjir (bhall-‘washing machines’ u
‘cookers’).

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).