SME Chamber

L-Iffirmar tal-MOU fil-qasam tal-Energija bejn Malta u c -Cina jawgura tajjeb

Il-GRTU tifraħ lill-Prim Ministru, lill-Ministru Konrad Mizzi u d-delegazzjoni li jinsabu ċ-Ċina ghall-akkwist li għamlu f’isem Malta fejn issalvagwardjaw l-intenzjoni taċ-Ċina li tinvesti b’mod sostanzjali fil-qasam tal-enerġija f'Malta. Dan jinkludi, investiment dirett fl-Enemalta u l-possibiltà li titwaqqaf kumpanija li tgħaqqad il-panelli solari Ċinizi għall-Ewropa f'Malta u li Malta tintuża bħala ċentru minn fejn iċ-Ċina tagħti servizzi lill-power stations li għandha fil-Mediterran.

 

Dan hu pass pożittiv hafna fil-fehma tal-GRTU. Il-GRTU tirrikonoxxi liċ-Ċina bhala suq importanti hafna għal Malta u l-GRTU mhux biss tinkoraġġixxi izda wkoll tappoġġja lill-intraprizi Maltin li jahdmu ma’ kumpaniji Ċinizi. Dan għaliex iċ-Ċina toffri hafna opportunitajiet ta` tkabbir għan-negozji Maltin. Il-GRTU fil-fatt riċentement anke assistit grupp ta` imprendituri Maltin biex jippromwovu l-prodotti tagħhom fiċ-Ċina, bl-assistenza tal-Malta Enterprise.

L-investiment li ser isir għandu jwassal għal tnaqqis fil-piż li jirrapreżenta d-dejn ta` l-Enemalta li fl-aħħar mill-aħħar qed jitħallas ukoll mit-taxxi li jhallas kull wieħed minnha.

Rigward il-punti ta` l-enerġija rinovabbli l-GRTU ilha tirsisti ghal possibilita ta’ assemblagg ta’ panelli fotovoltajici f’Malta, u qeda wkoll f’diskussjonijiet mal-ministeru sabiex dan is-settur jinghata spinta il-quddiem. Għalekk tappoġġja kull investiment li jista` jiġi f’dan ir-rigward.

L-investiment għandu jwassal ukoll għal ħolqien ta` postijiet ġodda ta` xogħol. Il-GRTU għalhekk tappella lill-Gvern biex jinvesti aktar fir-riżorsi umani tagħna fejn jidħlu ħiliet tal-ħaddiema tagħna relatati ma’ xogħolijiet fis-settur tal-enerġija effiċjenti sabiex meta ikun hawn opportunitajiet bħal dawn nutilizzaw il-ħaddiema ikkwalifikati tagħna.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).