L-Gholi mill-gdid tal-Prezz tad-Diesel
· Il-Logika li ma jifhimha hadd
· Il-GRTU issejjah laqgha ghall-dawk milquta
· L-Gholi mill-gdid tal-Prezz tad-Diesel
· Il-Logika li ma jifhimha hadd
· Il-GRTU issejjah laqgha ghall-dawk milquta
Regghu ghollew id-diesel (8m ghall-42c.6m l-litru) u l-pitrolju (1c.4m li sar 43c l-litru) u rahsu l-petrol (1c) u l-light heating oil (1mil). Hamest ijiem wara li l-operaturi z-zghar kienu qalulhom li d-diesel u l-pitrolju ma kienx ser jghola ghax ma ridux jipperikolaw l-impjieg ta’ hafna, issa regghu ghollew id-diesel u l-pitrolju ezatt l-ghada tal-Budget. Il-Budget li kellu jaghti nifs gdid lin-negozji z-zghar.
Il-GRTU, li fl-MCESD titkellem ghas-sidien tan-negozji zghar u medji li fosthom hemm hafna trasportaturi u intraprizi li ghalihom id-diesel hu essenzjali, din l-logika ma tifhimiex. Il-gvern jghid ghax hemm formula. Il-GRTU tghid li mhux skuza li ghax hemm formula. Il-formula fassluha huma u kienu huma li iddecidew li jimplimentawha kull xahar bla konsultazzjoni ma hadd. Il-GRTU issostni li wara l-iskossjatura esagerata tal-gimgha l-ohra u wara li l-gvern ghamel sforz kbir biex fil-Budget imewwet l-nkwiet u d-dwejjaq li holoq bis-soluzzjoni li impona ghall-problemi tal-energija, issa kienet tistenna attitudni aktar posittiva lejn in-negozji.
Il-GRTU titkellem ghall-lista twila ta’ setturi li ghalihom id-diesel (jew il-pitrolju) hu essenzjali biex jibqghu ifendu u jibqghu izommu l-livell ta’ impjiegi li ghandhom, dawn jinkludu: garaxxijiet tat-tiswijiet, barrieri, poultry farms u poultry meat processors, sprayers, fran, dolciera, excavators, intraprizi li juzaw l-generators, bottlers, glass blowers u ohrajn li lkoll ihaddmu apparat li ma jiccaqlaqx (stationary equipment). Dawn kollha flimkien ma hafna postijiet tad-divertiment u ohrajn li ihaddmu generators jew apparat li jahdem bid-diesel jew bil-pitrolju, illum regghu qalghu daqqa ohra. Dan wara li l-gvern il-gimgha l-ohra iddecieda b’mod diskriminatorju li jeskludihom mill-vantagg ta’ gas oil bi prezz irhas mid-diesel.
Dawn l-intraprizi illum huma kollha milquta hazin bhal ma huma il-burdnara, tal-coaches tal-passigieri, buses u mini-buses, distributuri, water bowsers, fuel distributors u trasportaturi ohra.
Kif jista jkun, issaqsi l-GRTU, li dawn kollha, li l-bicca l-kbira minnhom jahdmu fuq kuntratti ghal zmien twil u ma jistghux jaqbdu u jghollu, jibqghu jahdmu taht cirkostanzi bhal dawn? X’pulitika ekonomika hi li lil dawn kollha tibqa tghabbilhom l-ispejjez?
Il-GRTU qed issejjah laqgha ghada l-Erbgha 2 ta’ Novembru 2005 tal-assocjazzjonijiet kollha li jirraprezentaw self-employed u intraprizi li ghalihom id-diesel hu fundamentali, biex flimkien jiddeciedu r-rejazzjonijiet taghhom ghall- mod kif il-gvern qed jittratta din l-kwistjoni. Il-GRTU issostni li l-gvern ma jistax jibqa insensittiv ghall-problemi li qed jikkawza lil lista hekk kbira ta’ intraprzi zghar Maltin.