Il-GRTU
tilqa` b'sodisfazzjon li xi whud mill-proposti li hi resqet ghal dan il-Budget
gew milqugha izda xorta ser tibqa tinsisti biex il-mizuri l-ohra li proponiet
jibqghu jittwettqu matul is-sena kif kien jigri fil-passat.
Fost il-proposti li
ntlaqghu hemm it-tibdil fil-ligi ghal min jaqa' lura fil-hlas tal-VAT biex
in-negozjanti ma jehlux mill-ewwel il-habs, il-facilita' tat-tranzizzjoni fil-Family
Businesses minn generazzjoni ghall-ohra minghajr hlas ta' taxxa u li jidher li
ser niccaqilqu fuq il-kwistjoni tal-imaxxijiet u charges ezagerati fuq
in-negozjanti mil-banek. Fost proposti ohra li prezentat il-GRTU u gew milqugha
hemm ukoll iz-zieda fir-rotot turistici specjalment ghax-xhur anqas
frekwentati, l-estensjoni tal-Micro Invest, skema ta' impernditorjat
ghaz-zghazagh u zieda fil-fondi allokati ghar-ricerka u innovazzjoni u l-MCST.
Hemm
ammont ta` mizuri fosthom li jnaqqsu t-taxxa dovuta u r-rohs fl-elettriku li
ser ihallu iktar disposable income fil-bwiet tal-konsumatur. Mizura pozittiva
ohra tirrelata mas-settur tal-kera fejn il-15% withholding tax ser tincentiva
s-suq importanti tal-kera. Ser titranga wkoll s-sitwazzjoni regolatorja f'dan
is-suq li l-GRTU ilha tinsisti fuqha.
Il-Gvern
fl-ahhar qed jirrokonixxi pubblikament li hemm problema ta` unfair competition
gejja minn barra minn Malta. Il-GRTU iddiskutit din il-problema mal-Gvern bosta
drabi u lesta li ghal darb'ohra terga taghti s-sehem taghha fid-diskussjonijiet
sakemm insibu soluzzjoni adekwata.
Wara
snin ta' effetti negattivi fuq il-hwienet tal-Belt b'konsegwenza
tax-xogholijiet, tan-nuqqas ta` parkegg u r-revizjoni tat-trasport pubbliku,
l-GRTU tilqa' l-proposta dwar is-CVA ghaliex kif ipprezentata, tagevola l-businesses
gewwa l-Belt. Tilqa` wkoll, il-pjan tat-traffiku u tat-trasport u nharsu
l-quddiem ghall-estensjoni tal-MCP.
Il-GRTU
hi sodisfatta bil-proposti li ser izidu l-iskemi ta` work placements u
apprentistat li mhux biss huma tajba ghal haddiema izda jaghtu return
b'deduzzjoni fit-taxxa lin-negozji li jaghmlu dawn l-esperjenzi possibli. Kien
hemm ghadd ta' proposti ohra li pprezentat il-GRTU biex l-SMEs jigu incentivati
biex izidu l-impjiegi, ikabbru n-negozji taghhom, u finalment ikattru
l-ekonomija li m'humiex qeghdin f'dan il-budget. Il-GRTU ser tibqa tahdem biex dawn
jigu implimentati.
Il-GRTU
tinnota White Papers u policies li jikkoncernaw diversi setturi fejn il-GRTU
kellha involviment attiv u dirett fid-diskussjonijiet u ghaldaqstant tistenna
li tkompli tkun involuta. Fost dawn hemm il-POYC (Pharmacy of Your Choice), is-shop
opening hours, u n-National Renewable Energy Action Plan. Dwar l-Eko
Kontribuzzjoni il-GRTU thoss li dan is-suggett ghandu jinghata importazna kbira
ghaliex bhal ma irrikonoxxa l-Gvern qed johloq zvantagg ghan-negozji tal-affari
taghhom. Is-soluzzjoni ghal problema tal-eko kontribuzzjoni ghandha tkun parti
minn pjan holistiku li jirrivolvi madwar skemi immexxjia mill-privat.
Dan il-budget
huwa kkaratterizzat minn bosta pjanijiet u studji li ghad iridu
jimmaterjalizzaw f'mizuri konkreti fil-futur gejjieni. Dan irid isir
b'konsultazzjoni mal-imsiehba socjali. Madanakollu f'dan ir-rigward nixtiequ
naraw miri cari sa meta ser tittiehed azzjoni konkreta.