SME Chamber

L-Erbgha u Sittin Laqgha Generali Annwali tal-GRTU

 Illum fil-GRTU inzammet l-erbgha u sittin Laqgha Generali Annwali tal-GRTU. Fil-Laqgha gew approvati l-kunsilliera li se jifformaw l-Kunsill Ezekuttiv ghas-sena 2013, l-membri huma dawn:

Abela Paul, Azzopardi Emanuel, Borg Maurice, Camilleri Sergio, Cutajar Patrick, Debono Mario, Desira Emanuel, Fenech Azzopardi Therese, Fenech Philip, Galea Michael, Galea Stephen, Gauci Noel, Haber Joan, Mizzi Frans, Mizzi Marcel, Vella Josette, Vella Salvu, Zerafa Joseph. Id-Direttur Generali Vince Farrugia u Chief Executive Officer ta' Green MT Joe Attard huma membri ex-officio.

Fil-Laqgha d-Direttur Generali ta rendikont fid-dettal tax-xoghol li ghamlet il-GRTU fl-2012. Id-Direttur Generali spjega li l-istruttura tal-GRTU ghaddiet minn riformi kbar biex illum ix-xoghol ewlieni jinqasam f'6 direttorati. L-Ufficcju li jiehu hsieb l-amministrazzjoni, l-Ufficcju li jiehu hsieb l-issues kollha li jqumu fuq livell tal-lokalitajiet b'responsabbilita' mill-Kunsilli Lokali, l-Ufficcju li jiehu hsieb il-membership, l-Ufficcju li jiehu hsieb il-kwistjonijiet kollha relatati mal-Unjoni Ewropeja u issues ta' natura ekonomika, l-Ufficcju legali li jiehu hsieb jaghti pariri legali lill-membri u lill-Kumitat tas-sezzjonijiet u kif ukoll lill-Kunsill Ezekkuttiv u jikkumenta fuq dokumenti ta' natura legali u enforcements u l-Ufficcju importanti li jiehu hsieb l-affarijiet ambjentali u issues ta' Renewable Energy u direttivi u pjanijiet ta' natura ambjentali u jiehu hsieb it-tmexxija kummercjali ta' Green MT.

"lx-xoghol li taghmel il-GRTU fuq livell lokali u Ewropew huwa rikonoxxut mhux biss mill-imsiehba imma wkoll minn dawk kollha li jersqu lejn il-GRTU specjalment entitajiet pubblici u nies fil-Kummerc. L-Istess ghax-xoghol uniku li taghmel il-GRTU fuq livell ta' kommunita' lokali li hu tant importanti ghas-sidien tan-negozji kollha f'kull lokalita'. Illum il-GRTU toffri struttura u servizz professjonali li jizboq bil-kbir lil dak kollu li hu offrut minn hafna organizazzjonijiet ohra li jirraprezentaw lill-intraprizi f'pajjizna" sostna d-Direttur Generali Vince Farrugia.

Id-Direttur Generali tkellem ukoll fuq ix-xoghol li huwa jaghmel fl-EESC bhala rapprezentant tal-Employers Maltin. Illum id-Direttur Generali ghandu hames Rapporti li jolqtu lill-intraprizi Maltin u li huma ppublikati fl-Offical Journal of the European Union.

Id-diskors ewlieni tal-Laqgha Generali Annwali sar minn Paul Abela President tal-Kunsill Ezekuttiv Nazzjonali tal-GRTU. Fid-Diskors tieghu Paul Abela enfasizza:

Il-GRTU matul dawn is-snin kollha li ilha mwaqqfa hadmet mal-Gvernijiet kollha u l-ebda bidla ma gerxitna. U nibqghu nahdmu ma' kulhadd u nibqghu niddeciedu ahna meta jkun hemm bzonn li nintervjenu u niehdu wkoll azzjoni politika bhal ma ghamilna meta hdimna appertament biex Malta hadet postha bhala membru kburi tal-Unjoni Ewrpoeja u parti integrali mill-Unjoni Monetarja Ewropeja. Illum izda ghall-grazzja t'Alla Malta taghmel parti minn Unjoni li hi l-akbar salvagwardja tad-demokrazija u l-liberta' tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u l-liberta' kummercjali. L-Unjoni Ewropeja mhux avventura izda att ta' fidi.

Ghalhekk ma bzajniex mhux biss li nkunu parti tal-Unjoni Ewropeja imma wkoll li nifthu l-ekonomija taghna. Hdimna spalla ma' spalla mal-Gvern biex f'Malta jiddahhlu standards, regolari finanzjarji ewropej u sistema' tar-regoli u direttivi li jsahhu l-kompetizzjoni, halli l-imprendituri taghna jkunu jistghu jsiru imprendituri ewropej u jitghallmu jimirhu fi swieq akbar. Ghalhekk ahna fil-proposti taghna lill-Partiti nenfassizaw hafna aktar tahrig tas-Self-Employed, tas-sidien tan-negozji, l-haddiema taghhom u dejjem nirsistu u nipproponu skemi, wahda wara l-ohra biex is-sidien tan-negozji z-zghar li f'Malta jirraprezentaw 95% tal-intraprizi kollha japgrejdjaw u jghollu l-livelli ta' skills taghhom halli jkunu f'pozizzjoni li jgawdu mis-suq kbir ewropew. B'hekk biss li n-negozji taghna jistghu jikbru u jghaddu ghall-generazzjonijiet ohra.

Ahna minn ta' quddiem nett bhala ghaqda nazzjonali ta' imprendituri Maltin li qed nahdmu bla waqfien fuq livell ewropew permezz tar-raprezentazzjonijiet taghna fil-European Economic & Social Committee fejn id-Direttur Generali taghna Vince Farrugia mhux biss huwa membru imma huwa ukoll membru tal-Bureau tal-Employers u llum huwa persuna ta' certa influwenza u stima anke mal-Kummissjoni Ewropeja u mal-organizazzjonijiet Ewropej, il-UEAPME u l-EuroCommerce, li maghhom il-GRTU hija affiljata. Il-GRTU permezz tal-President Paul Abela taghmel parti u tippartecipa fil-European Social Fund Committee.

Pajjizi zghar, specjalment dawk li huma energy islands ghax maqtughin mill-Kontinent, bhal ma hi Malta, u jridu kollox mill-vapuri u mill-fuels importati ghaliex m'ghandhomx rizorsi taghhom stess, u ghalhekk bilfors li jrid ikollhom is-sahha tal-fondi Ewropej biex jinhelsu mill-inzularita' tal-energija. Dan bilfors ifisser li l-energy islands bhal Malta iridu investiment qawwi fl-interconnectors u f'gas pipelines li jghaqduhom mal-kumplament tal-Kontinent. Ikollna kemm ikollna power stations f' Malta in-nefqa ghalina tibqa' dejjem enormi. L-inzularita' tal-energija ghal pajjizna hi theddida ekonomika li nehlisu minnha biss jekk nuzufruttaw is-shubija taghna fl-Unjoni Ewropeja. Fornitura ta' energija sigura u kostanti hi l-akbar garanzija ta' aktar investiment u aktar xoghol.

Fl-Ewropa qed isir hafna xoghol biex il-cost tal-Energija kemm jista' ikun ekwu fil-pajjizi kollha imsiehba fl-Unjoni biex l-intraprizi Ewropej ikunu jistghu verament jikkompetu ras imb' ras. Il-GRTU lill-Partiti Politici ghamlitilhom il-proposti tal-membri taghha u ghalhekk ahna ma rridux bl-ebda mod nidhlu fil-hafna argumenti dwar il-proposti diversi li qed jidhru jiddominaw il-kampanja elettorali ta' bhalissa. Ahna rridu produzzjoni ta' energija lokali attiva li tinkludi ukoll proporzjon akbar ta' sorsi godda u alternattivi u ukoll kapacita' ohra ta' riserva li tintuza biss f'kaz ta' bzonn biex taghtina certu stabbilita' imma nippreferu illi nuzufruttaw bil-kbir l-investimenti kbar f'kull tip ta' energija li qed isiru fil-kumplament tal-Ewropa. Ahna ma nistghu qatt nikkompetu ras imb'ras jekk il-piz tal-elettriku jew l-energija f'kull prodott jew servizz li nipprovdu jkun bhala proporzjon ghola minn ta' haddiehor fl-istess Ewropa.

Il-GRTU tinkwieta meta tara l-credit agencies inaqqsu r-ratings ta' Malta u ghalhekk li jien nappella bil-kbir lill-Politici kollha biex jaghtu kas hafna ta' dak li jghidu ghax illum zgur Malta m'ghadiex information island. Illum kull ma jinghad f'Malta jigi interpretat barra u sfortunamtament mhux dejjem il-percessjoni tal-barranin tkun tirrifletti l-attwalita' ta' x'inhu jigri fl-ekonomija Maltija. Malta ghamlet passi kbar f'kull qasam iddiversifikajna f'oqsma godda bis-sahha ta' investimenti kbar provati u inizzjattivi mill-Gvern u mill-korpi statali. Ejja lkoll inkunu kburin b'dak kollu li akkwistajna, dan hu frott tal-Maltin, frott ta' Gvern u tal-imprendituri Maltin u frott tal-kapacitajiet tal-haddiema Maltin. Id-dibatittu politiku ghandu jiffoka fuq kif se nkabbru u ntejjbu t-tajjeb kollu li ghandna.

Il-futur ghalina jrid ikun dejjem ibbazat fuq is-sigurta' nazzjonali u l-helsien fid-demokrazija. L-ghajta taghna trid tibqa' dejjem favur min itina l-aktar din il-garanzija.

Jien nixtieq nawgura lilkom u lill-familji taghkom sena 2013 ahjar mis-snin ta' qabel. Nispera li sena ohra niltaqghu ghal 65 anniversarju b'fiducja li l-futur hu garantit.

Id-Diskors kollu tal-President jista' jinstab fuq http://www.grtu.net/.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).