L-iktar haga li hafna Maltin bravi ghaliha hi li jindahlu, qishom esperti, fejn ma jifmhux. Haga li turtani meta nisma min suppost jifhem iparla bl-addocc hi meta nisma kummenti dwar l-gholi tal-prezzijiet. L-gholi tal-prezzijiet kulhadd ihosshom, izda mhux kulhadd kapaci jifhem x’jikkawza z-zieda fil-prezzijiet, u mhux kullhadd jifhem fejn u kif joghlew l-prezzijiet. Aktar u aktar ftit ferm jifmu kif titkejjel l-gholi tal-hajja. L-anqas li ghandna izda hu min hu kapaci jiddentifika l-kawzi u jissugerixxi s-soluzzjonijiet. Ghax kif ghedt, min iparla bl-addocc ghandna hafna.
Kien hemm zmien, u dan mhux il-boghod hafna, meta l-inflazzjoni f’Malta kienet ikkontrollata ghall-kollox. Kellna Gvern li kien jikkmanda t-telephones, l-elettriku, l-ilma, il-portijiet, l-ajruport, il-banek kummercjali, u kull servizz iehor pubbliku u ma dan kien zied il-Bulk Buying tal-prodotti l-aktar importanti ghall-hajja ta’ kuljum tal-konsumaturi. Biex jizgura li tal-hwienet u l-importaturi l-ohra li ma jaqghux taht il-Bulk Buying ikunu taht regim shih ta’ kontrolli, holoq l-ghassiesa tax-xerrejja. Dawn l-ghassiesa tax-xerrejja kienu jduru lis-sidien tal-hwienet b’hafna pulikarja u s-sidien tal-hwienet u l-kummercjanti kienu saru l-ghedewwa tal-poplu.
Kien zmien iehor. Kien zmien meta l-pajjizi li kienu qed jizviluppaw u fosthom Malta kienu jahsbu li l-inflazzjoni tikkontrolla billi tahtaf l-ekonomija f’idejk u lis-settur kummercjali thallilu spazju mill-inqas. Din hi sistema li ma setgha qatt li tibqa mgebbda ghall-hafna snin. Il-pajjizi kommunisti gebbduha ghall-kwazi tmenin sena. Fil-pajjizi ohra fejn tezisti l-ghazla demokratika, l-pajjizi li haddmu sistemi bhall dawn spiccaw ittajru l-Gvernijiet li haddmuhom u jaghmlu tibdil radikali fl-istrutturi ekonomici taghhom.
Hekk ghamlet Malta. Bdiet bil-moghod il-moghod tibbellarizza ddahhal l-kuncett tal-privatitazzjoni u tibni ekonomija bbazata fuq l-kuncett tal-kompetizzjoni. Iva, Malta ddecidiet li thaddem ekonomija liberali. Inutli llum ikun hawn min iwerzaq u johlom bil-kontrolli u b’xi sistema ta’ ghassiesa tal-konsumaturi. Min ivvota ghall-dak li ghandna illum u ivvota wkoll biex Malta illum msiehba kburija ta’ l-Unjoni Ewropeja ikun inutli li jhares lura u jipprova jaqbad xi bicca ghodda tal-bierah u jitlob lill-Gvern li jerga jhaddimha illum. Sfortunatament hawn hafna li ghad ghandhom dan it-tahwid mentali.
Illum Gvern ghaqli jhares lejn il-kawza taz-zieda fil-prezzijiet u jipprova jirrimedja b’sistema ta’ egevolazzjonijiet fiskali u bi strutturi ta’ regolaturi pubblici biex minn banda jidderiegi l-ekonomija lejn l-inizjattiva privata u lejn l-kompetizzjoni billi jkun ippremjat il-best practice u kkastigat l-bad practice. Mil-banda l-ohra sistema tinbena sistema ta’ regolaturi pubblici li jghassu biex l-ebda negozju ma jkun dominanti u juza s-sahha tad-dominanza tieghu fis-suq jew tal-monopolju tieghu, biex jimponi prezzijiet u kundizzjonijiet kif jaqbel lilu. L-iktar importanti fost dawn ir-regolaturi huwa l-ufficju tal-Kompetizzjoni Gusta. Din f’Malta ghadna qisna ma nistghux nifmuha. Infatti minn flok li dan l-ufficju hu b’sahhtu u jigbed lejh stima kbira, hu ufficju fjakk bla kap u bla sinsla. Ghalhekk f’Malta ghandna dan it-tahwid kollu. Dan hu l-ufficju li ha post ir-regim ta’ Price Controls li kellna dari. Ghax il-Price Controls indifnu mall-biddla tal-ekonomija meta bdilna mis-sistema l-antika ghas-sistema liberali tal-lum. Il-Price Controls gralhom bhall hajt ta’ Berlin. Waqghu. Inutli illum ikun ghawn min iwerzaq u johlom li jrid jgibhom lura. Din donnhom ghad baqa’ hafna li ma jifmuhiex.
Barra l-Ufficcju tal-Kummerc Gust li jasses il-kompetizzjoni, hemm regolaturi pubblici ohra fosthom l-Maritime Authority li tasses il-funzjonament gust ta’ kull min ghandu x’jaqsam mal-portijiet, l-MFSA li tasses li l-banek, l-insurances u l-istuzzjonijiet finanzjarji l-ohra ma jisolhuniex. L-MCA li tghasses li tal-mobile phones u tas-servizzi tat-telefon ma jistaghnewx minn fuq darna. Hemm ir-regolaturi pubblici li jghassu s-servizzi tas-sahha u farmatewci. Hemm ir-regolaturi li jghassu s-servizzi ta’ l-energija. U regolaturi pubblici ohra li xogholhom hu li jaghmlu supervizjoni b’mod inteligenti u jistudjaw kontinwament dak li jsir fis-suq biex jizguraw li mhux l-istrutturi jghollu l-ispejjez lill-kullhadd tant li bil-fors umbghad kull min ibigh servizz jew prodott ikollu jiccargja lill-konsumaturi prezzijiet dejjem oghla. L-inflazzjoni li ghandna fil-pajjiz hi inflazzjoni imbuttatha miz-zieda fl-ispejjez mhux inflazzjoni kkawzata minn pressjoni ta’ domanda qawwija ghall-prodotti u s-servizzi. Din tghodd ghall-bicca l-kbira tal-kazi, jekk ir-regolaturi jaghmlu xogholhom sewwa suppost li hadd ma jabbuza u l-inflazzjoni tinzamm taht kontroll. Anka fejn hemm prodotti sensittivi. U bla htiega ta sistema mmuffata bhall dik tal-Price Controls.
Ghax facli per ezempju l-Enemalta tghid ghola z-zejt minn barra. Mela capcap surcharge. Il-Maltacom jew il-banek kummercjali jghidu irridu nghollu l-profitti ghax is-shareholders iridu qliegh akbar mela capcap tariffi godda, gholli l-imghaxx fuq is-self. Facli jekk ghandek x’taqsam mal-Port il-Kbir jew mal-Freeport tghid ghabbi iktar spejjez fuq kull container tal-merca li jidhol Malta. Zied l-ispejjez min hawn, zied l-ispejjez minn hemm. Ghamel li l-pagi jgholew awtomatikament b’ligi, gholli l-kontribuzzjonijiet socjali, imponi kundizzjonijiet godda ta’ health & safety u kull tip ta’ direttiva li joholmu biha fi Brussels. Itfa’ kollox fuq dahar il-kummercjant u fuq is-sid ta’ l-intrapriza. Imbaghad jekk joghlew il-prezzijiet ghax dak li jkun jaghmel sforz biex jaqla l-qliegh gust tieghu, itfalghu l-price control, ibghatlu purcissjoni ta’ nies dehlin fin-negozju tieghu jiccekjawlu din jew jiccekjawlu dik, u oqghod gennen lill- tal-hwienet biex talli kieku qeghed issib tarf ta’ l-gholi tal-hajja. Jinsa’ min jiraguna hekk, li is-sid tal-hanut jew is-service provider huwa biss l-ahhar fil-katina tad-distribuzzjoni u l-inqas wiehed li jista’ jilghab bil-prezzijiet. Illum dan ta’ l-ahhar iqaccat il-prezzijiet jipprova biex jibqa’ jikkompeti. Anke min jistudja sewwa c-cifri ta’ l-RPI jaf li l-gholi tal-prezzijiet f’Malta mhumiex ikkawzati mis-sidien tal-hwienet, ir-raguni tinstghab banda ohra u s-soluzzjonijiet jezistu, u min hu bhali xebgha jghidhom u jirrepetijhom.
Il-kawza ta’ l-gholi tal-prezzjiet inutli tfittixa ghand tal-hanut. Il-kawza qeghda banda ohra. Dan kollu kull min studja naqra ekonomija jafha. Ma jafuhiex biss dawk li jmorru fuq ir-radju u fuq it-televizjoni jparlaw favur l-price controls u s-sistemi li fil-passat setghu servew imma li illum zgur li joholqulna hafna gwajj.
Inutli nharsu lejn l-bierah. Il-bierah spicca. Illum ghandna realta’ gdida, u mhix realta’ difficli. Hi manigabbli. Trid biss naqra kapacita’ u hafna rieda tajba. M’hemmx bzonn ta’ l-idjologijji.