SME Chamber

Ksuhat flok Raguni – Il-GRTU mhux se toqghod ghaliha

 Il-Gvern qed jaghmel Zball Kbir juza il-Pulizija kontra s-sidien tal-Hwienet biex jimponi ligi ingusta u zbaljata

Il-Gimgha il-Pulizija hargu fid-9 ta' fil-ghaxija jaghlqu il-confectioners f'San Gwann. Il-GRTU qed taghmilha cara li dan tqisu bhala abbuz ta' poter. Min hu inkarigat fil-Gvern biex jiddefendi in-negozji iz-zghar ta' pajjizna flok jaqdi dmiru u jizgura li dawn il-ksuhat jinqatghu qed jhalli  lil min jibbuljah biex tghaddi tieghu. L-GRTU mhux se toqghod ghal dan it-tip ta'  irrikkattar.

 

 Il-GRTU  issostni  li d-dritt tas-sid tal-hanut li jbiegh il-prodotti kollha li hu licenzjat li jbiegh u li ghalih hemm domanda mill-konsumatur m'ghandux jerga' jsir ghalqa ghal-pulizija kif kien fil-passat.  Il-Pulizija mhux xoghola iddejjaq lis-sidien tal-hwienet biex tindahal fejn ma jesahiex. Hawn bizzejjed problemi fil-pajjiz li jitolbu l-attenzjoni tal-pulizija u l-pulizija mhux posta tindahal fl-ghazliet legittmi tal-konsumatur. Min fassal din il-ligi fassalha bl-iskop car li jiffavorixxi grupp ta negozji u jikkastiga grupp ta' negozji ohra u hi ligi mfassla bi qrusa kontra il-komunita kollha tar-retailers b'multi esagerati  riflessjoni ta pregudizzju qawwi kontra ir-retailers.

 

Il-GRTU issostni li mhux ir-rwol tal-Gvern li juza l-ligi li tirregola il-licenzji biex jcaqlaq kif jaqbillu l-istruttura kompetittiva tas-suq. Il-GRTU taqbez ghas-setturi kollha ta' intraprizi zghar u tizgura li f'suq hieles hemm wisgha ghal kull min irid jikkompeti skond id-domanda  u toggezzjona bil-kbir meta il-gvern b'ligi jipprova jkeskes sidien ta' negozji kontra sidien ta' negozji ohra.   Il-GRTU mhux se tacetta li l-Gvern jilghab bil-ligi tal-licenzji u iktar u iktar bir-regim ta' multi esagerati u bit-theddid tat-tnehhija tal-licenzi biex tghaddi tieghu fejn m'ghandux ragun. U il-Gvern m'ghandux ragun li jwahhal fis-sidien tal-hwienet ghal dak li jaghmel il-konsumatur b'dak li jixtri minn ghandhom. Ir-responsabbilta tal-prodott wara li jinxtara, dment li hu prodott li jikkonforma mal-ligi hi tal-konsumatur intitolat li jixtri. Hu zball li l-gvern jdahhal II-Pulizija  f'relazzjonijiet kummercjali bhal dawn. Il-pulizija mhux postha tindahal f'relazzjonijiet kummercjali bejn bejjiegh u konsumatur. U mhiex skuza ghall-gvern li joqghod jistahba wara xi  klawsoli fil-ligi  kif kienet qabel ghax kull min hu vera intiz kien jaf li dawn il-klawsoli ta' restrizzjonijiet inutli  ta' f`liema hin konsumatur jista' jixtri  haga u mhux ohra mill-istess hanut kienu fir-rejalta mietu u  saru ‘dead letters'.  Ghax kulhadd jaf u dara li f'Malta hawn il-kumdita  li  tista' tinqeda mill-hwienet li jifthu tard biex jaqdu lil konsumaturi li ma jistghux jew mhux interessati jixtru f'hinijiet aktar kmieni u li  ma kien hemm l-ebda xkiel min hadd, zgur mhux mil-Pulizija,  li jixtru l-prodotti kollha li riedu jixtru bla ma joqghodu jharsu lejn l-arlogg jekk jistghux jixtru hobza jew flixkun f'certu hin. Min ivvinta din il-ligi zbalja bl-ikrah.

 

Il-GRTU issostni u dan fuq pariri ta' esperti li vera jifhmu f'dan il-qasam li jekk hemm problema Paceville u f'xi bnadi ohra il-problema hi wahda ta' "behaviour" u ghandha tkun indirizzata b'surveillance ahjar u moderna u bi gwardjani li jghassu u jiehdu passi kontra min jabbuza. Li tghalaq il-hwienet f'Malta kollha jew li tindahlilhom xi jbieghu wara certu hin anke jekk f'certi zoni mhux se ssolvi xejn ghax min irid jixtri jsib minn fejn jixtri u li taghlaq f'certu hin lanqas ma ssolvi l-problema ghax min irid jixtri, jixtri qabel u jiehu li jixtri fejn irid. Jew issa il-pulizija se tibda  tfittex fil-baskijiet tan-nies huma u hergin mill-hwienet u tfittex fuq il-persuna?

 

Din ligi li titfa l-arlogg lura. Matul dawn l-ahhar snin il-GRTU irnexxiela bil-galbu u bi ftehim, allavolja taht hafna kritika, tibdel fuq medda ta' snin ir-regolamenti dwar il-hinijiet tax- shoping biex issa prattikament ghandna suq liberu ghall-bzonnijiet ta' kuljum fejn il-konsumatur jinqeda kuljum filwaqt li zammet minimu ta' salvagwarda ghas-serhan tas-sidien u tal-impjegati u wkoll tal-karatteristici tradizzjonali Maltin. Il-GRTU taccetta u kien jidher sa ma giet imposta din il-ligi li hekk jemmen il-Gvern wkoll li  il-futur jiddetta li is-sid tal-hanut jrid jaghmel l-ghazliet tieghu fejn jinvesti u kif jahdem u il-konsumatur ikollu l-ghazla minn fejn jixtri, minghand min jixtri, fi x'hin jixtri u kif jikonsma  prodotti ta' htiega u ta' konsum  u il-Gvern jaghmel zbal kbir jekk jinhela jilghab bil-ligijiet ta' pajjizna biex jindahal f'dawn  l-ghazliet.  U iktar u iktar li juza il-Puliza u l-Qrati taghna biex jimponi ligijiet stupidi u multi ingusti kontra min jahdem biex jaqla' hobzu.

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).