L-Isforzi kollha li ghamlet il-GRTU matul dawn l-ahhar xhur biex il-Gvern u l-aktar l-MRA taddotta attitudni aktar ragonevoli u li taghmel sens ekonomiku ghall-operaturi serji, ghall-konsumaturi kif ukoll ghad-distributuri li dejjem offrew is-servizz taghhom b'fedelta' baqghet imferrxa fis-shab.
L-MRA ippreferiet li tghix fis-shab u insistiet li l-ewwel u qabel kollox u aktar mill-weghdiet zejda li kellha, kellha tara li min hu licenzjat ghandu il-kapacita' ta' produzzjoni u fornitura ta' cilindri u barra minn hekk li jwettaq l-obbligi li kienu sottomessi ghalihom u li mhux sempliciment ifixkel u jikkappara bla ma jimpurtah xejn bil-hsara li jkun qed ifajjar fuq min b'kapital u investimenti kbar qed jisgura li jaghqdi l-poplu Malti u Ghawdxi. L-Ebda kas m'hu qed jinghata ghal hsara ikkawzata lis-sistema' tad-distribuzzjoni ibbazata fuq organizzazzjoni ta' tletin distributur self-employed li b'investiment taghhom jaghqdu ta' kuljum lid-djar u lin-negozji Maltin.
Il-GRTU issa tappella lill-Prim Ministru biex jaqbez lil min b'inkompetenza gab din is-sitwazzjoni u jibda diskussjonijiet f'livell oghla mill-MRA biex dan is-servizz tant importanti ghall-Intrapriza u ghal bicca l-kbira tal-familji Maltin ma jkomplix jitkisser biex jitpaxxew ftit li lanqas jafu fejn jibda l-interess Nazzjonali.
Principju fundamentali maghruf huwa li kull meta min hu inkarigat u serju jdahhal riforma, hu li r-riforma ma titfanix lura imma l-quddiem u mhux tkisser dak li dejjem qdiena sew biex tohloq sistema' li hi aghar u konfuza b'dannu ghal min irid jinqeda. L-Awtoritajiet Regulatorji zelqu bil-kbir fuq dan il-Principju u jahtu bil-kbir ghal dak li qed ibatu l-konsumaturi u l-operaturi serji.