SME Chamber

Konsultazzjoni dwar il-White Paper fuq ir-Riforma Gudizjarja

Il-GRTU tiltaqa’ mas-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Dr Carmelo Mifsud Bonnici

· Konsultazzjoni dwar il-White Paper fuq ir-Riforma Gudizjarja
1. Il-Kunsill tal-GRTU immexxi mill-President, Paul Abela ltaqa ghat-tieni darba f’kunsultazzjoni dettaljata mas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Gustizzja u I-Intern l-Onorevoli, Dr. Carmelo Mifsud Bonnici fil-Ministeru tal-Gustizzja l-bierah 14 ta’ Marzu 2005.

· Il-GRTU tiltaqa’ mas-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Dr Carmelo Mifsud Bonnici

· Konsultazzjoni dwar il-White Paper fuq ir-Riforma Gudizjarja
1. Il-Kunsill tal-GRTU immexxi mill-President, Paul Abela ltaqa ghat-tieni darba f’kunsultazzjoni dettaljata mas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Gustizzja u I-Intern l-Onorevoli, Dr. Carmelo Mifsud Bonnici fil-Ministeru tal-Gustizzja l-bierah 14 ta’ Marzu 2005.

2. F’din it-tieni fazi ta’ konsultazzjoni gew diskussi numru ta’ punti mressqa fil-White Paper “Lejn Gustizzja Ahjar u Ehfef” li l-aktar iolqtu lis-settur kummercjali u lis-self employed rapprezentati mill-GRTU. Il-GRTU accennat fuq dawn il-punti:

2.1. Tribunal Amministrattiv: il-htiega li n-numru esagerat ta’ tribunali jkunu mnaqqsa u li jinghata aktar spazju ghall-process ta’ Albitragg bla htiega ta’ holqien ta’ aktar Tribunali Amministrattivi. Il-GRTU sahqet li x’uhud mit-Tribunali eziztenti qeghdin jiffunzjonaw bhala Qorti minghajr ma jsegwu proceduri gudizzjarji accettabbli u qed tinghata gustizzja summarja li hi ngusta u f’hafna kazi zbaljata jew dubbjuza.

2.2 Il-GRTU insistiet li l-mod ta’ kif qed jitfasslu l-ligijiet qed jghabbu dejjem aktar multi li jissarfu fi prigunerija milli emendi li jissarfu f’dejn civili. Il-GRTU thoss li dan hu nsult lill-kummercjanti u lill-imprenditur li qieghed dejjem aktar ikun trattat ta’ kriminal minn pajjiz li suppost jemmen fl-intrapriza.

2.3 Tqajjmet ukoll l-kwistjoni dwar it-tnaqqis fis-sahha tal-kambjali – bills of exchange li qed tkun proposta bhala parti mill-addottazjoni f’Malta tas-Services Directive tal-EU. Il-GRTU hi assolutament kontra li l-kambjala li hi l-uniku strument legali ta’ kreditu li ghandu ghad-disposizzjoni tieghu l-kummercjant, jitnaqsilha b’xi mod s-sahha legali taghha.

2.4 Il-GRTU tkellmet ukoll fuq it-thaffif tal-process fil-Qrati billi jkun hemm aktar sentenzi semplici u mhux tant dettaljati u li jidhlu termini ta’ zmien li fihom iridu jinqatghu l-kawzi. Il-GRTU insistiet fuq kollox biex jithaffef il-process ta’ Appelli billi jkunu evitati l-hafna Appelli bla bazi immirati biss biex jgebbdu z-zmien.

2.5 Il-GRTU talbet wkoll li jidhol mekkanizmu ahjar biex id-decizjonijiet tal-Qorti jkunu mplimentati ghax jigri spiss li wara hafna tahbit tiehu decizjoni u xorta tibqa’ bla gustizzja.

2.6 Il-GRTU tablet wkoll li jkun rivedut sewwa l-Artiklu 13 ta’ Kapitlu 63 li jghati poteri estensivi lill-Kummissarji li jaghlaq negozji. Il-GRTU issostni li llum l-bicca l-kbira tan-negozji m’ghadhomx ta’ bniedem wiehed li jhaddem biss lilu nnifsu izda huma ntraprizi li minnhom jiddependu hafna nies bejn impjegati, suppliers, klijenti u istituzzjonijiet finanzjarji u meta negozju jinghalaq jweggghu hafna nies bla ebda tort.

2.7 Il-ligijiet wkoll m’ghandhomx jibqghu jinkludu ghal kull xejn it-tnehhija jew sospenzjoni ta’ licenzja qiesu hadd ma jimpurtah mill-konsegwenzi fuq terzi persuni meta hafna drabi l-kazijiet ikunu zbaljati ta’ managers mpjegati u mhux ta’ sidien.

2.8 Gew diskussi wkoll in-numru ta’ proposti fil-White Paper li jolqtu t-trasferiment jew wirt, ta’ proprjeta u gew mressqa proposti biex kawzi li jinvolvu l-proprjeta ma jibqghux jiggebdu s-snin u ma jibqghux johorgu sentenzi b’interpretazzjonijiet tant differenti. Il-GRTU taqbel li l-interpretazzjoni ta’ hafna artikli fil-ligijiet ghandhom wkoll ikunu miktuba fil-ligi biex dak li jkun, jkun aktar zgur u ma jkunx jiddependi minn interpretazzjoni li tvarja.

2.9 Il-GRTU wkoll talbet li jkun hemm estenzjoni tal-validita ta’ sentenzi u titoli ezekuttivi ghax jigri li qed jinqabes iz-zmien tal-validita u hafna jibqghu bla rimedju.

3. Is-Segretarju Parlamentari Dr Carmelo Mifsud Bonnici wera simpatija mall-bicca l-kbira tal-punti mressqa mill-GRTU u wieghed li jkompli jikkunsulta mas-settur privat biex is-sistema gudizzjarja tkun ta’ appogg akbar ghall-isforz tal-intraprizi Maltin biex ikattru l-gid u l-provediment ta’ servizzi ghal hajja ahjar.

4. Il-GRTU – Malta Chamber of Small and Medium Enterprises qed tappella lin-negozjanti biex jghaddu l-kummenti taghhom fuq is-sistema gudizjarja fuq biex dawn ikunu nkluzi mal-kummenti tal-GRTU.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).