Il-GRTU matul dawn l-ahhar ghaxart ijiem tkellmet ma mijiet ta’ sidien ta’ negozji mis-setturi kollha rapprezentati mill-GRTU biex jinhadem Rapport dwar l-Istat tan-Negozji Maltin kif imkejjel mis-sidien tan-negozji nfushom. Is-sidien qed jghidu wkoll x’qed jistennew mis-sena 2006
Il-GRTU matul dawn l-ahhar ghaxart ijiem tkellmet ma mijiet ta’ sidien ta’ negozji mis-setturi kollha rapprezentati mill-GRTU biex jinhadem Rapport dwar l-Istat tan-Negozji Maltin kif imkejjel mis-sidien tan-negozji nfushom. Is-sidien qed jghidu wkoll x’qed jistennew mis-sena 2006.
Il-GRTU iddikjarat l-2006 bhala s-sena li trid verament taghmel id-differenza ghas-sidien tan-negozji zghar u medji. Il-GRTU issostni li s-sistema politika kollha m’hiex konxja bizzejjed mill-htigijiet u mill-importanza tan-negozji zghar u medji Maltin u Ghawdxin bil-konsegwenza li l-bicca l-kbira assoluta ta’ decizjonijiet governattivi, mizuri u decizjonijiet mehuda mill-istruttura burokratika tal-gvern, tal-awtoritajiet statali kif ukoll stqarrijiet u proposti maghmula minn entitajiet kwazi-governattivi u non-governattivi huma mimlijin pregudizzju kontra s-sidien tan-negozji u s-sidien tal-intraprizi u s-self-employed.
Il-GRTU issostni li r-rizultat ta dan kollu hu li pajjizna illum hu regulation-driven meta biex nirnexxu f’Suq Wiehed Ewropew illum hu urgenti li nkunu pajjiz enterprise-driven.
Dan il-messagg il-Kunsill tal-GRTU ghaddiet f’dawn l-ahhar granet f’laqghat seperati mal-Prim Ministru u mal-Kap tal-Opposizzjoni.
Il-Konferenza Generali Annwali ta’ nhar il-hadd wara li tisma r-Rapport Finali tas-Survey tal-GRTU dwar l-Istat tan-Negozji Zghar u Medji fl-2005: Prospetti ghall-2006 tisma wkoll il-kummenti tal-Onor. Dr Lawrence Gonzi Prim Ministru u l-Onorevoli Dr Charles Mangion Agent Kap tal-Oppozizzjoni u jkun hemm diskussjoni, fejn rapprezentanti tas-Sezzjonijiet differenti tal-GRTU jesprimu l-opinjoni taghhom dwar x’inhu jigri fil-pajjiz fir-rigward tas-sidien tan-negozji z-zghar u s-self employed u x’jistennew li jigri ghall-gid taghhom fl-2006.
Il-Konferenza Generali Annwali taghti wkoll bidu ghall-Elezzjoni ta’ Kunsill gdid tal-GRTU ghas-sena 2006
Din is-sena qed jikkontestaw 25 kandidat minn sezzjonijiet differenti ta’ negozji w intraprizi rapprezentati mill-GRTU biex jokkupa is-sittax il-kunsillier li jiffurmaw l-Kunsill Ezekuttiv Nazzjonali tal-GRTU. (Lista tal-kandidati tidher fil-website tal-GRTU – www.grtu.org.mt .
Il-Konferenza Generali Annwali tal-GRTU ser issir fil-Marquis Scicluna Hall – Trade Fair & Exhibition Centre Naxxar. Il-Konferenza tibda fl-10.00a.m