Saret laqgha ghas-sidien tal-Kiosks barra Bieb l-Belt ftit tal-gimghat ilu wara diversi laqghat ohra li l-GRTU ghan nom tal-operaturi kellha sabiex jibqghu jzommu l-post li sal-lum ghadhom joperaw minnu. F'Ottubru 2010 l-GRTU organizzat laqgha ghall-operaturi fejn infurmathom li kull sistema gdida ggib maghha l-posittiv u n-negattivi izda wiehed jrid jaghti cans halli jara l-andament. Il-GRTU fakkret fid-diversi bidliet li bhalissa il-Belt ghaddejja minnhom u li l-bicca l-kbira minnhom qed ihallu aktar rizultati negattivi milli posittivi.
Issa l-GRTU qeghda f'posizzjoni li tigwida lis-sidien wara li l-Ministeru inkarigat mix-xoghlijiet l-MITC hareg informazzjoni dwar l-progett tal-Bus Terminus barra Bieb il-Belt (l-area fejn kien jarma il-monti nhar ta' Hadd). Il-progett jinvolvi pjan ta' kif ser jigi organizzat Bieb il-Belt. L-ammont ta' karozzi tal-linja ser jonqos sostanzjalment bl-inzul tal-passigiera fil-Biskuttin (area fejn l-istatwa ta' Kristu Re), minfejn il-pubbliku jkun jista jgawdi l-pjazza u jimxi lejn Bieb il-Belt minghajr periklu. Filwaqt li t-tluq mill-Belt jkun mill-Bus Terminus fid-Ditch ordnat flimkien ma sitt kiosks iddisinjati sabiex jikkumplimentaw l-progett tant mistenni. Dawn il-kiosks ser jkunu uniformi b'differenza fejn fid-departure l-kiosks jkollhom canopy sabiex wiehed jkun jista jistken mix-xemx/xita sakemm jistenna. Fl-arrival l-kiosks ser jkunu l-istess izda minghajr l-canopy.
Fil-present hemm erbatax il-operatur u bhal ma gie miftiehem l-ewwel sitt operaturi kellhom jibdew joperaw kif appena jitlesta l-bus terminus jigifiera fid-departure area. Il-kumplament tal-operaturi ser jkunu joperaw mill-arrivals hekk kif appena johorgu l-permessi li bhalissa qeghdin f'idejn l-MEPA.
Minhabba li l-ammont sostanzjali tal-operaturi huma confectioneries/take aways u li l-ewwel sitt operaturi kellhom jkunu ta' diversi generi u tnejn biss mill-istess generu setghu joperaw fid-departures, l-GRTU kellha tlaqqa lil membri taghha sabiex jintlahaq kompromess.