Il-GRTU qeghda kontinwament f'komunikazzjoni mall-membri taghha f' M'Xlokk li qed ifahhru l-mod ta' kif qieghed jigi amministrat dan il-progett ta` tisbieh. Jekk x-xoghol jibqa ghaddej b'din ir-rata ghandu jkun lest fi zmien erba gimghat.
Il-GRTU tixtieq tinfoma li s-servizzi qeghdin jigu provduti minn Triq Duncan u l-access ghal hwienet qieghed jigi provdut skond it-talba ta' l-istess sidien bil-kooperazzjoni shiha tal-kuntrattur li qieghed jaghmel ix-xoghol.
Il-GRTU konvinta li wara d-diversi laqghat li gew organizzati u x-xhur ta' konsultazzjoni, l-proposti li tresqu mill-Komunita' Kummerċjali, Kunsill Lokali, bejjiegħa tal-monti kif ukoll tas-Sajjieda, kienu l-aħjar soluzzjoni sabiex dan il-progett isir fl-inqas żmien possibbli.
Matul il-perjodu tax-xogħol fuq il-promenade, bi qbil ma' l-Assoċjazzjoni tal-Bejjiegha tal-Monti u bħala arranġament temporanju, l-monti qed jopera fiż-żona tal-Magħluq.