Il-GRTU – Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji tiddeplora iz-zieda fil-prezz tal-gass, zieda ta' 40 centezmu, jew 480,000 Ewro fis-sena meta wiehed jikkunsidra il-bejgh kollu ta' sena shiha. Kemm ilha fix-xena il-kumpanija Liquigas il-prezz ghola minn 5.40 -il Ewro ghal 17.00 -il ewro ghal kull cilindru ta' 12 -il kilo.
Dan ifisser li fejn qabel il-konsumaturi u l-intraprizi Maltin kienu jonfqu 6.5 miljuni ewro fuq medda ta' sena issa qed jonfqu il-fuq minn 20 miljun Ewro ghall-istess konsum. Din iz-zieda kollha mhiex spjegabbli u ghalhekk il-GRTU tqisha esagerata u ghalhekk mhux accettabli. L-impatt ta' din iz-zieda fenomenali qatt ma gie imkejjel mir-Regulatur Pubbliku: il-Malta Resources Authority. Il-GRTU taccetta li la il-prezz tal-gas ghola minn barra li din iz-zieda tkun riflessa fil-prezz ghall-konsumatur f'Malta u l-GRTU ma temminx fis-sussidju ghax dejjem jigri li s-sussidji jiehdu wiehed u irid ihallas ghalih hadd'iehor u n-nies li tirrapprezenta l-GRTU dejjem jkunu fost dawk li dejjem jhallsu, pero xi hadd irid ikun responsabbli li jkejjel l-impatt ekonomiku ta' dawn iz-zidiet u jara li mhux dak kollu li jigri barra irrispettivament mil-arrangamenti alternattivi li jista jaghmel l-importatur lokali biex jevita li jghaddi iz-zieda shiha fuq il-konsumaturi Maltin. Qatt ma ntqal lanqas jekk hux vera li iz-zidiet kollha kienux verament rizultat taz-zidiet min barra u jekk hux biex jiggustifikaw esigenzi ohra.
Il-GRTU ta tqiesx li bhala protettur tal-konsumatur u l-user kummercjali li l-MRA qed taqdi dmirijieta sewwa u jekk l-MRA issostni li mhux xogholha li tara li d-dominanza fis-suq tal-fornitur ewlieni ma tintuzax irrespettivament mil-impatt ekonomiku u socjali allura ghandu jwiegeb il-Gvern u mhux ihalli ir-risposti ghar-Regulatur li jahrab minnhom. Il-GRTU ma tqiesx li min hu verament responsabbli li jindokkra lil konsumatur u l-effett ekonomiku ghandu jiffonzjona biss bhala transmission belt li sempliciment japprova li jghaddi l-piz ta' dawn iz-zidiet imma li tkejjel l-impatt u jissugerixxi rimedji. Il-gass hu essenzjali ghal bicca l-kbira tal-familji u hu kost importanti u essenzjali ghal hafna negozji zghar minn diversi oqsma rapprezentati mill-GRTU. Dawn in-negozji ma jistghux bhal Liquigas jaqbdu u jghollu ghax kuntrarjament ghal Liquigas m'humiex f'pozizzjoni dominanti fis-suq.
In-negozji iz-zghar ma jistghux jaqbdu u jghollu u barra minn hekk l-GRTU bhala ir-raprezentant ta' dawn in-negozji lanqas ma taqbel li ghandu jsir hekk ghax kull zieda tkompli tgerrex aktar bejgh u tkompli tgharqilhom il-profitti taghhom li diga' huma msabbta. Id-distributuri tal-Gass li huma negozji privati jithallsu rata fissa fuq kull cilindru u mhux percentwali tal-prezz u kull zieda iggib maghha tnaqqis fil-bejgh u ghalkheKk telf fid-dhul fi zmien meta spejjez bhal hlas ta' diesel ghal garr dejjem jizdied u dejjem ghalhekk jitnaqqar it–‘take home pay' ta' dawn is-self-employed li milli jdahhlu jridu jnaqqsu l-ispejjez kollha tal-vetturi u pagi ta' assistenti, parkeggjar, licenzji u infieq iehor bhal ma huma it-taxxi.
Dawn iz-zidiet awtomatici fil-prezz tal-gass issa ilhom jitwettqu u issa wasal iz-zmien li l-MRA jew jekk mhux responsabbli huma, il-Gvern, li jippubblika analizi serja ta' kemm huma verament ragunati dawn iz-zidiet kollha u jippubblika wkoll rapport ta' l-impatt li daqwn iz-zidiet gabu fuq in-negozji u id-disposable income tal-familji Maltin. Kif inhi is-sitwazzjoni llum jidher li kull ma ghamel ir-Regulatur Pubbliku hu li indokkra sew l-interessi tal-fornitur u ftit ta kaz tal-impatt generali ekonomiku u socjali taz-zidiet kollha li huwa approva u tan-nefqa fenominali globali li ippermetta li l-konsumatur u l-user igorr bis-sahha tad-decizjonijiet mhux spjegabbli tieghu.