F’ricerka indipendenti li ghamlet il GRTU jirrizulta li s-sitwazzjoni ta` Malta fejn jidhol prezz tal-fuel iddeterjorathafna. Din hi sitwazzjoni li ilha ghaddejja mis-sena l-ohra pero mill-bidu tas-sena il-prezz tad-diesel ikkumparat mal-medja tat-28 pajjiz ta` l-Unjoni Ewropeja varja bi €0.17c (taxxi inkluzi) sad-dsatax ta` Jannar ta` din is-sena.
Malta sad-dsatax ta` Jannar ta` din is-sena, fejn jidhol prezz tad-diesel bit-taxxi, tikkwalifika it-tielet pajjiz, mit-28, bl-ghola prezz ta` diesel. Ta` min jinnota ukoll li d-distakk mill-pajjizi li jikklassifikaw aghar minn Malta naqas hafna. Mill-banda l-ohra d-distakk mill-pajjizi li jikklassifikaw ahjar minn Malta fil-prezz tad-diesel zdied. Jekk l-affarijiet jibqghu kif inhuma, Malta ma
ddumx ma ssib ruhha bl-aktar prezz gholi ta` diesel fl-Ewropa.
Il-Lussemburgu, l-pajjiz bl-irhas prezz tad-diesel, qieghed €0.40c irhas.Hemm sbatax-il pajjiz fejn id-diesel hu irhas b’ €0.20c minn dak ta` Malta u tlieta u ghoxrin pajjiz fejn il-prezz tad-diesel hu irhas b’ €0.10c.
Dan jaffetwa b’mod negattiv hafna il-kompetittivita ta` Malta u n-negozji kollha Maltin. Il-GRTU tifhem li la l-argument u lanqas is-soluzzjoni ma huma semplici f’dan il-kaz pero` il-figuri huma li huma. L-intraprizi Maltin bhalissa qed jitilfu opportunita` tad-deheb li l-kompetituri taghhom qed jiggwadanjaw minnha. La Malta bhala pajjiz u wisq anqas l-intraprizi taghha ma jaffordjaw jitilfu din l-opportunita`.
Il-GRTU pero tahseb li d-diskussjoni fuq dan is-suggett trid tkun kostruttiva u matura. Ghaldaqstant il-GRTU illum talbet lill-MCESD issejjah laqgha b’urgenza fil-prezenza tal-Ministru ikkoncernat sabiex issir diskussjoni xierqa, wahda li tikkjarifika fejn possibilment flimkien, l-Imsiehba Socjali u l-Gvern, johorgu b’soluzzjonijiet konkreti.