Il-GRTU tinnota b’dispjacir li l-Ministru responsabbli mill-Enemalta ghal darb’ohra qal li l-GRTU haslet idejha mill-kwistjoni tat-tariffi tad-dawl, ilma u fuels. Kull min segwa l-media f’dawn l-ahhar gimghat u dawk kollha li jsegwu xi jsir fl-MCESD is-sena kollha u b’mod partikolari l-Enemalta u l-Malta Resources Authority li maghhom il-GRTU titkellem fuq kwistjonijiet dwar energiji u fuels, jafu li dan hu il-boghod mill-verita
Il-GRTU tinnota b’dispjacir li l-Ministru responsabbli mill-Enemalta ghal darb’ohra qal li l-GRTU haslet idejha mill-kwistjoni tat-tariffi tad-dawl, ilma u fuels. Kull min segwa l-media f’dawn l-ahhar gimghat u dawk kollha li jsegwu xi jsir fl-MCESD is-sena kollha u b’mod partikolari l-Enemalta u l-Malta Resources Authority li maghhom il-GRTU titkellem fuq kwistjonijiet dwar energiji u fuels, jafu li dan hu il-boghod mill-verita.
Il-GRTU f’din il-kwistjoni qalet bla tlaqliq li l-gvern ma setax, wara sena li kien impona surcharge qawwija, jigi fl-MCESD u jitlob ghazla bejn zewg options, it-tnejn ta’ hsara kbira ghall-kummerc u l-industrija, bla ma jaghti l-fatti kollha. Il-fatti li talbet il-GRTU huma dawn:
· X’politika haddem il-gvern biex jizgura li mhux dak li jigri fis-swieq internazzjonali jkun mghoddi kollu kemm hu fuq dahar il-Maltin: jigifieri fid-dawl ta’ zidiet konsistenti fil-prezzijiet taz-zejt, saret politika ta’ hedging jew ta’ uzu ta’ strumenti ohra li jissalvagwardjaw l-industrija u l-kummerc? Meta, kif u b’liema proporzjon?
· Il-GRTU wkoll talbet li l-gvern jghid x’mizuri ha biex jonqsu l-inefficjenzi tal-Enemalta f’zewg oqsma partikolari – l-inefficenzji fil-hruq tal-fuels mill-power stations: veru li ta’ Delimara hu biss 39% efficjenti u tal-Marsa 25% efficjenti, li jfisser li l-fuels qed jinharqu fil-produzzjoni tal-elettriku b’mod mill-aktar inefficjenti u li l-programmi ta’ re-investment ghadhom ma bdewx. Jigifieri l-Maltin qed ikunu mitluba jhallsu aktar ghall-inefficjenzi li taghhom soluzzjoni setghet bdiet tinhadem? Il-GRTU talbet ukoll rapport dwar x’qed isir biex jonqsu l-inefficjenzi tal-Enemalta f’dak li hu overmanning u inefficenzji amministrattivi ohra inkluzi inefficjenzi fid-distribuzzjoni u fil-gbir ta’ hlasijiet b’lura.
· Fuq kollox il-GRTU riedet assigurazzjoni li wara li l-gvern qed jghaddi l-prezz li bih jixtri d-diesel direttament fuq min juza d-diesel allavolja lil hafna negozji zghar ghabbihom b’pizijiet li ma jifilhux ghalihom, li issa ma jergax ikompli jghabbi fuq l-istess nies meta dawn iz-zidiet diga qed ihallsu ghalihom.
· Il-GRTU wkoll talbet lir-Regulatur tal-Energija (Malta Resources Authority) biex jghidilna x’passi ha biex jara li d-direttivi Ewropej li jaghtu id-dritt lil GRTU, f’isem intraprizi zghar u medji, li tkun taf kif qed ikunu mfassla l-prezzijiet u t-tariffi tal-fuels u tal-elettriku u l-ilma, qed ikunu osservati mill-Awtoritajiet Maltin.
· Il-GRTU wkoll ghamlet proposti konkreti lil Ministru tal-Finanzi dwar kif il-pizijiet mehtiega biex jithallas dak li hu gust li jithallas jsir bla ma jkomplu jinghafsu n-negozji Maltin u l-familji Maltin.
· Il-GRTU wkoll talbet li tithaddem id-Direttiva Ewropeja li tahtha l-intraprizii jhaddmu apparat li juza d-diesel u mhux apparat licenzjat ghat-triq ghandhom dritt ghal diesel bi prezz baxx u agevolat (Red Diesel)
Wara li l-GRTU baqghet ma nghatatx sodisfazzjon ghal dak li talbet u li ghandha dritt ghalih f’isem l-SME’s li tirraprezenta, l-GRTU irrikorriet ghand il-Kummissjoni Ewropeja biex tara li l-Maltin jinghataw sodisfazzjon ta’ kif qed isiru l-affarijiet fil-qasam tal-elettriku u diesel u biex l-Kummissjoni tara li l-gvern ma jaghmilx imposizzjonijiet li l-Maltin ma jifilhux ghalihom.
Altru milli hsilna idejna