Fil-Kwartieri tal-GRTU fi Triq ir-Repubblika l-Belt, il-GRTU l-Kamra tan-Negozji Zghar u Medji, zammet it-Tnejn u Sittin Laqgha Generali Annwali. Id-Diskorsi ewlenin f'din il-laqgha kienu d-Diskors tal-President Paul Abela u dak tad-Direttur Generali Vince Farrugia
Il-Qofol taz-zewg prezentazzjonijiet kienet il-krizi finanzjarja u ekonomika u kif dawn affetwaw l-ekonomija lokali b'mod partikolari l-bejgh u l-profitti tal-intraprizi micro, small u medji li f'isimhom titkellem il-GRTU u li jirrapprezentaw 98% tal-intraprizi kollha Maltin.
Fl-Ahhar tal-Laqgha Generali l-President Paul Abela pprezenta f'isem il-Kunsill Ezekkutiv Rizoluzzjoni li giet approvata b'akklamazzjoni mill-Laqgha Generali Annwali. Din ir-Rizoluzzjoni giet instigata mill-atitudni li l-Gvern adatta fuq il-kwistjoni tad-distributuri tal-gas li l-President tal-GRTU Paul Abela iddiskirva: "Pass ikrah lura ta' kif il-Gvern imexxi ir-relazzjonijiet industrijali fil-pajjiz u d-daqqa ta' harta bla sens lis-self-employed ta' pajjizna u li l-GRTU li tirraprezenthom".
Ir-Rizoluzzjoni approvatha hija din:
"Il-Laqgha Generali Annwali tal-GRTU, Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji li ltaqghet illum il-Hadd 23 ta Jannar 2011:
Wara li nnota kif il-Gvern bla ebda konsultazzjoni mall-GRTU bhala l-imsiehba socjali responsabbli li titkellem u tirraprezenta l-interessi tal-bejjiegha kollha bl-imnut fil-kommunita' qabad u ddecieda bla ma kien obbligat taht ir-regolamenti tal-Unjoni Ewropeja li jilliberalizza s-settur tar-retailing tal-bejgh ta' cilindri tal-gas fil-kommunita' meta l-obbligu tal-Gvern kien biss dak li jillibera, kif fil-fatt ghamel u kif qal lill-GRTU li ser jaghmel, is-settur tal-wholesale u mhux tar-retail.
Wara li rat kif il-Gvern qabad u abbanduna bla konsultazzjoni u bla ftehim mall-GRTU bhala t-tieni parti ta' Kuntratt milhuq bejn il-GRTU u l-Enemalta Corporation fl-1992, liema Kuntratt sar wara li l-Kabinett tal-Ministri fl-1991 kien awtorizza lill-Ministru responsabbli ta' dak iz-zmien, l-Onor Ninu Zammit, li jkun parti mill-process ta' negozjati li wassal ghall-ftehim f'Lulju tal-1992 mall-GRTU u f'Settembru tal-1992 mad-distributuri tal-gas fil-kommunita' individwali kollha msiehba fil-GRTU.
Wara li rat kif dan il-ftehim mall-GRTU kien jaghti territorju bi dritt ta' bejgh ta' cilindri b'mod esklussiv u bhal koncessjonarji unici tal-Enemalta Corporation ghall-bejgh ta' cilindri tal-gas fil-kommunita' taht il-kundizzjoni li d-distributur f'kull lokalita' esklussiva koncessa lilu jrid jbiegh bla ebda diskriminazzjoni ta' prezz jew ta' kwalita' ta' servizz ic-cilindri lil persuni kemm dawk li jifilhu jgorru c-cilindri u ghandhom il-mezz ta' transport biex igorru c-clindri kif ukoll lil dawk li minhabba eta, limitazzjonijiet fizici jew mard jew minhabba li jghixu f'sulari gholjin ta' bini jew fi sqaqien jew f'lokazzjonijiet imbeghda jew fil-periferiji jew m'ghandhomx mezz ta' transport.
Wara li rat kif il-Malta Resources Authority bl-approvazzjoni tal-Kabinet u minn wara dahar il-GRTU, meta l-GRTU kienet assigurata ripetutament minn Ministri differenti tal-Gvern li dan mhux ser isir jekk mhux bi ftehim mall-istess GRTU kif fil-fatt titlob il-prudenza minn Gvern li jirrispetta t-thaddim ta' Relazzjonijiet Industrijali korretti, qabdet u harget licenzji li jawtorizzaw lill-Kumpanija Liquigas u lill-Kumpanija Easygas li huma wkoll jifthu ghall-rashom servizz ta' bejgh ta' cilindri fil-kommunita' b'kompetizzjoni diretta mad-distributuri tal-gas u bla ebda kundizzjoni li jridu jservu bla diskriminazzjoni ta' prezz bejn min jiflah u ghandu il-kapacita' fizika u ta' trasport li jghabbi u dawk li jew m'ghandhomx il-kapacita ta' trasport jew il-kapacita' fizika li jgorr akkost li minn ma jiflahx u m'ghandux il-kapacita' jkollu jinqeda bi prezz ghola u min hu b'sahhtu u kapaci bi prezz irhas u dan kollu bl-iskuza li l-ligijiet tal-kompetizzjoni hekk jesigu, haga li m'hiex minnha.
Wara li rat li l-kumpanija Easygas bl-aktar mod arroganti u impulsiv qabdet u imponiet ruhha fis-suq b'disrispett komplet lejn id-distributuri li ilhom jaqdu l-kommunita' b'fedelta' ghal aktar minn erbghin sena u kif il-kumpanija Easygas anke wara l-intervent tal-Ministru Pullicino li jintermedja biex tibqa tithaddem bi ftehim sistema unika ta' distribuzzjoni baqghet tinsisti fid-dritt taghha moghti lilha mill-MRA li topera kif joghgobha kummercjalment bla ebda obbligu socjali mposta.
Wara li rat li l-Kumpanija Liquigas li b'kitba li baghat l-istess Prim Ministru l-Onor Lawrence Gonzi suppost li wirtet l-obbligi kollha li fih il-Kuntratt mall-Enemalta fejn l-Enemalta kienet intrabtet li s-servizz ta' bejgh ta' cilindri fil-kommunita' li hi kienet licenzjata li taghmel tikkoncedih unikament lid-distributuri licenzjati issa nfurmat lid-distributuri li hi mhux se tonora dak il-kuntratt u li ghalkemm lesta li tforni cilindri ghal-retail lid-distributuri imma dan mhux b'mod ta' koncessjonarji imma bhala retailers fost ohrajn u li Liquigas kienet se topera s-sistema ta' distribuzzjoni u bejgh taghha proprja b'kompetizzjoni diretta mad-distributuri privati u li Liquigas mhux lesta li taccetta xi intervent minn naha tal-Gvern biex jimponi jew jipprova jwassal anke bi ftehim ghas-sistema ta' distribuzzjoni unika kif hemm imnizzel fil-ftehim bejn il-GRTU u l-Gvern tal-1992 u kif sussegwentament amendat.
Issa ghalhekk din il-Laqgha Generali Annwali tal-GRTU tikkundanna bla riserva lill- Gvern li telaq ghal kollox mill-linja li segwew Gvernijiet eletti wiehed wara l-iehor li jonoraw ftehim Nazzjonali u li ma jaghmlu xejn li jikser ftehim bhal dak milhuq fl-1992 mall-GRTU f'isem l-imsiehba taghha bla negozjati u bla ftehim li jew iholl u jikkumpensa ghall-hsara kummercjali li l-individwi milquta jkunu ser isoffru bil-kancellazzjoni ta' dak miftiehem.
Il-Laqgha Generali Annwali tal-GRTU tqies li l-mod kif agixxa l-Gvern f'dan il-kaz mhux biss huwa kundanabbli u ta' hsara ghar-relazzjoniet dejjem korretti li l-GRTU zzomm mal-Awtoritajiet imma wkoll tqies dan bhala att li ghandu jgib l-istmerrija ta' kull min jemmen li r-relazzjonijiet industrijali korretti ghandhom jitmexxew fuq bazi ta' ftehim wara konsultazzjoni u mhux b'decizjoni unilaterali minn naha tal-Awtoritajiet tal-Gvern u b'dizrispett shih lil dak kollu li kien imwieghed ghal kuntrarju tal-Att li fil-fatt ikun gie implimentat.
Din il-Laqgha Generali Annwali ghal daqstant theggeg u tawtorizza lill-Kunsill tal-GRTU li f'nuqqas ta' harsien adekwat offrut mill-Gvern lid-distributuri tal-gas li lkoll huma investituri zghar privati u li b'decizjoni abbuziva tal-Gvern se jitkissru kummercjalment tibda mmedjatament timmobilizza s-sezzjonijiet kollha tal-GRTU b'mod partikulari distributuri u transportaturi ta' diversi kategoriji u burdnara, waste carriers, kuntratturi u sidien ta' servizzi varji biex flimkien jiehdu azzjoni ta' protesta kontra l-Gvern.
Din il-Laqgha Generali Annwali tiddikjara finalment li tqies din l-azzjoni tal-Gvern bhala daqqa ta' harta kbira lill-GRTU u lil dak kollu ta' fejda li l-GRTU twettaq fis-salvagwardja tal-interessi tas-self employed u tas-sidien tan-negozji zghar indipendenti privati Maltin u nuqqas kbir ta' rispett mill-Gvern lejn Organizzazzjoni Nazzjonali li fuq livell Lokali u Sezzjonali f'Malta u fuq livell tal-Unjoni Ewropeja tahdem bla serhan u b'mod l-aktar professjonali biex anke fi zminijiet ekonomici difficli bhal ma ghaddejja Malta bhalissa flimkien mal-kumplament tal-Unjoni Ewropeja, tizgura li l-ekonomija Maltija tkompli tissahhah u l-intraprizi z-zghar Maltin li jirraprezenta 98% tal-intraprizi kollha jkomplu jinvestu u jikbru biex ikattru l-gid ghal kulhadd u pajjizna jilhaq l-ghanijiet impost fuqna mill-obbligi ekonomici u socjali miftehma fuq livell Ewropew."