Patri Pawl Cremona seraq l-qlub tal-Maltin mal-ewwel: bravu, umli u ta’ karizma. Jidher li l-knisja f’Malta diehla f’fazi li l-bicca l-kbira minna nixtiequ. Mieghu jghinu bhala vigarju generali ghandu lil Dun Anton Gouder. Dun Anton hu forsi wiehed mill-aktar qassisin kapaci ta’ zmienna: sod, gharef u ntiz fil-problemi tal-bniedem fis-seklu wiehed u ghoxrin. Koppja ta’ dirigenti spiritwali tassew formidabbli. Ghazla f’waqtha u ntelligenti.
L-umilta’ importanti. Il-knisja triunfali tal-bokkli u tac-cerimonji u l-fanfarunati ilha li dejqet. Celebrazzjoni liturgika u messagg morali ma jinhtieg fanfarunati biex jitwassal. Saru hafna minn dawn u l-poplu kristjan u anke dak li mhux illum jaf jghazel bejn okkazjoni ta’ fidi u spiritwalita’ u ohra ta’ fanfari u artificjalita. Dinjita, iva, imma tejatrini le. Il-knisja ghadha sfortunatament mdawra wisq b’ leggendi u hrejjef li jiskuraw mhux idawwlu l-fidi ta’ Kristu. Ghad ghandna wisq qassisin u patrijiet li jdejqu lil min hu intelligenti bl-enfazi zejda li jaghmlu fuq ic-cerimonjal u l-hrejjef u ftit li xejn ghas-sustanza. It- triunfalizmu u l-pozi u l-esagerazzjonijiet zgur li ma kienux l-ghadod ta’ Kristu meta kien fostna. Il-messagg ta Kristu, kif nifhmu, jien, bhala nisrani komuni, hu messagg spiritwali. Kristu fl-art kien car: ghatu lil Cesri dak li hu ta’ Cesri u lil Alla dak li hu ta’ Alla. Dak li hu ta’ Alla spjegah bl-aktar mod semplici u bl-akbar umilta u dinjita’.
Kristu meta kien fostna stinka biex f’mohh il-bniedem idahhal il-kapacita’ tal-gudizzju bejn dak li hu sewwa u dak li mhux. Telaq minn punt semplici: hobb lil Alla fuq kollox u lil ghajrek bhalek innifsek. Jekk f’hajtek taccetta li tezisti ordni supprema u li l-bazi ta’ din l-ordni hi l-bniedem li jghix f’armonija ma ghajru, il-kumplament isegwi. Ma tistax temmen u taccetta il-fidi ta’ Kristu jew li tghix f’armonia ma ghajrek u mal-madwar tieghek, anke jekk ma temminx, jekk imbghad f’qalbek izzomm l-mibgheda u l-ghira u tkun ingust u ssegwi dak kollu li jifred, jwegga u jeqred. Kif narha jien, xoghol il-knisja hu primarjament li l-messagg ta’ Kristu jidhol f’aktar u aktar imhuh. Il-knisja trid tirbah l-imhuh.
Nghid imhuh u mhux qlub ghax nemmen li dan hu twemmin li jibbaza fuq ir-raguni u mhux fuq l-emozzjoni. Il-knisja tiddajjef meta tahli l-energija taghha tibni biss fuq l-emozzjoni. Ghodda mportanti l-emozzjoni biex biha tasal ghand l-bniedem, imma biex tibqa’ u biex l-bniedem jibqa’ mieghek, trid ir-raguni.
Sfortunatament, f’Malta ghad ghandna wisq qassisin u patrijiet u lajci li jibnu aktar fuq l-emozzjoni milli fuq ir-raguni. Aktar ma jibbazaw fuq il-leggendi u fuq ir-ritmi, ir-rutina u l-artificjalita’ emozzjonali. aktar igerxu nies milli jigbdu. Jibqghu x-xjuh, jibqghu l-fidili, imma z-zghazagh, l-intelletwalita’ u l-liberi jibirdu u jitilqu u ohrajn flokhom ma jigux.
Il-bniedem fis-socjeta moderna, l-aktar dak li jaf, ma jaccettax li jkun stmat ta’ injurant. Ghandu ghatx kbir ghall-gwida spiritwali. Thossha qalb iz-zghazagh. Ma jridux min jiddetta u min jibni fuq it-teatrini. Imma jridu min jarmhom internament. Iridu lil min itiehom dik il-forza interna li meta jkunu f’diffikulta tigwidhom ghall-ghazla tajba. Mhux teoriji ta’ x’tista taghmel u ma tistax, qiesek qieghed f’xi armata, imma dik il-forza morali interna li gieghel lil min aghzel is-sewwa u mhux il-hazin.
Ahna l-genituri kollha nafu kemm hu difficli dan ix-xoghol. Impenn ta’ jum wara l-iehor, biex lil uliedna nibnulhom dan is-sur intern, halli wahedhom, hekk kif jiffacjaw l-hajja, jgharfu jghazlu s-sewwa. Mhux ghax hemm r-rigal tal-genna u l-abbissi tal-infern, imma ghax l-bniedem hekk jghix ahjar. Ghax id-dinja ta’ madwarna tkun ahjar aktar kemm ikun hemm nies f’ fidi interna sodha. Il-fidi issahhahna biex ahna nissahhu moralment u nsahhu l-madwar fisiku u uman li jmiss maghna u li fuqu ghandna poter.
Ir-religjon meta tiffoka l-energija taghha lejn ghanijiet specifici hi forza tremenda. Min imexxiha jista’ jisparpalja l-energija f’hafna attivita’ li jghatu ftit rizultati. Jista’ mill-banda l-ohra jiffoka fuq dak li verament hu utli, fuq dak li verament johloq bniedem u madwar ahjar u b’hila u determinazzjoni jasal aktar.
Meta l-Knisja tidentifika ahjar l-missjoni taghha f’socjeta moderna wahedha tifhem li ghandha toqghod lura minn dak kollu li jifred. Hemm hafna fil-knisja li jridu li il-knisja ta’ Kristu f’Malta terga ittieha ghall-kontroversja u ghall-inkwiet. Irriduha tindahal fejn ma jesaghhiex. Il-Monsinjuri Cremona u Gouder ser ikollhom pressjoni qawwija biex it-triq li b’ghaqal ghazel Mons. Guzeppi Mercieca jitilquha. Ghax ghaccana ghal-platform. Ghax ghaccana biex jidhru u biex jizzattu. Ghax iridu jghidulna kemm huma bravi, kemm jifhmu f’kollox.
Ghaziz Patri Pawl u ghaziz Dun Anton ifqulhom. Imxu kif inhi n-natura taghkhom b’gherf, b’umilta’, b’irgulija.
Ghinu lil aktar Maltin jissahhu minn gewwa.
Ghinu aktar Maltin iharsu lejn l-knisja bhala l-habib ta’ dejjem li qieghed hemm mieghek il-hin kollu int kif int, int min int, tahsibha kif tahsibha.
Gheziez hbieb tieghi nawguralkom. Malta ghandha tama qawwija fikom.