I
s-Suq tal-proprjeta huwa t-target ta’ hafna. Smajna fuq it-televizjoni hafna kummenti u proposti li x’hin taghsarhom ftit tista’ tohrog hlief tgergir u herqa biex isir xi haga. Jista’ jsir hafna izda bla proposti konkreti, realistici u achievable fil-kuntest ta’ suq liberu bhal ma’ ghandha Malta ma naslu mkien. Ma ninsewx li 80% tal-Maltin huma propretarji, min ta’ hafna u min ta’ ftit imma hadd zgur ma jrid jara l-valur tal-proprjeta tieghu jinzel. Kulhadd irid soluzzjoni socjali gusta, izda l-gustizzja ma ssirx billi nhaddmu skemi ta’ aktar tassazzjoni jew ta’ restrizzjonijiet. Irridu nkunu immaginattivi u posittivi. Is-soluzzjonijiet ala Robin Hood, ghadda zmienhom.
Il-Knisja permezz ta’ wiehed mill-hafna kumitati djocesani li ghandha dahlet fil-kwistjoni tas-suq tal-proprjeta. Ma rridx nidhol fil-merti tar-Rapport li nhareg ghax fih hafna supposizzjonijiet u jirfes fuq materja li ma nafx kemm huma kompetenti fihom dawk li ndahhlu fil-materja. Pero kulhadd ghandu dritt tal-opinijoni tieghu basta min jitkellem ma jahsibx li hu infallibbli ghax warajh ghandu l-Knisja. Kif ghedt l-issue tal-proprjeta tolqotna lkoll u hi kontroversjali ghall-ahhar. Ghalhekk hadd m’ghandu jitkellem qiesu qaddis aktar min haddiehor.
Jien tkellimt car: ghidt il-Knisja, qabel titkellem dwar il-proprjeta ahjar toqghod attenta. Il-Knisja u l-proprjeta qiesu l-porvli u n-nar ghax huma hafna u hafna l-Maltin li jafu hafna stejjer fejn tidhol il-proprjeta u l-Knisja u huma hafna u hafna l-Maltin li ma tantx baqghu b’tomgha tajba. Illum l-Knisja qegheda, sa certu punt, gallarija imma mhux daqs tant. Ma jfissirx li l-Knisja m’ghandhiex tinsisti ghal aktar gustizzja, imma ejja ma nghagglux, aktar u aktar jekk min jitkellem ghandu l-mezz li jintervjeni. Ha nispjega.
L-art li illum hi amministrata mill Officju Kongunt bejn Gvern u Knisja u li illum hu responsabbli mill-art kollha li minghand il-Knisja ghaddiet ghand il-Gvern fuq prezz miftiehem u mhallas mill-poplu Malti, hi proprjeta li jista’ jkollha influwenza kbira fuq il-prezz tal-art fis-suq hieles. Hi art li kieku tintuza bil- ghaqal tista tinfluwenza sewwa kemm ikun hemm art u djar u appartamenti disponibbli ghall-kopji zaghzagh u ohrajn li jridu jixtru darhom u illum ma jifilhux ihallsu l-prezzijiet kbar li hemm fis-suq. Il-Knisja jigifieri tista’ tipproponi soluzzjonijiet hi stess f’qasam fejn hi ghandha say kbira.
Il-punt li ghamilt jien fuq din il-kwistjoni hu li Ganni u Peppu jistghu jikkummentaw biss u jghidu x’gharukaza, izda l-Knisja li dwar is-suq tal-proprjeta taf hafna u li ghandha d-Diretturi taghha u ghalhekk ‘say’ kbira f’dak li jsir fil-Officju Kongunt, ghandha taghmel aktar milli sempliciment tgerger. Il-mistoqsija tieghi, u li sal-lum, ghadha ma twigbitx, allavolja intqal hafna, hi semplici: x’proposta ghamlet il-Knisja fuq il-Kumitat tal-Officju Kongunt biex ikun assigurat li l-art tal-Kongunt tfittex tkun irregistrata. L-art tal-Joint Office ma nafux kemm minnha hi fabbrikabbli u kemm minnha tista’ titpogga fuq is-suq, u jekk titpogga fuq is-suq ghandha titpogga mhux bi prezzijiet kummercjali kif qed isir illum, imma bi prezzijiet socjali. Meta nghid titpogga fuq is-suq mhux biex ikun mifqugh s-suq u jaqghu l-prezzijiet kif issugerixxa xi hadd.
Il-Joint Office, amministrat mill-Gvern u l-Knisja huwa wiehed mill-akbar land owners f’Malta. Wara t-tibdiliet ricenti fil-konfini tal-izvilupp aktar art li taqa’ taht il-Joint Office illum saret fabbrikabbli u tista’ tithaddem b’mod intelligenti biex tikkalma l-girja sfrenata ta’ prezzijiet gholjin fis-suq tal-proprjeta u biex jinbnew aktar affordable houses ghal Maltin li ma jifilhux ghal prezzijiet tas-suq hieles. Nerga nghid tikkalma r-rata illi biha jgholew l-prezzijiet ghax hadd ma jrid jara waqa’ fis-suq – la proprjetarji, la banek u la hadd ghax recession ikollna.
Izda sfortunatament, ghal ragunijiet li hadd barra l-Joint Office ma jafhom, dan l-Ufficju ghadu lanqas biss irregistra l-proprjeta kollha li hu nkarigat jamministra. Barra minn hekk ftit li xejn nafu b’xi skemi godda li qed iwettaq jew ghandu progettat biex iwettaq il-volum kbir ta’ proprjeta amministrata mill-Joint Office tintuza biex tittaffa l-problema kbira tal-gholi tal-proprjeta. Il-prezzijiet joghlew l-aktar minhabba l-iskarezza fuq is-suq ta’ art tajba ghall-bini. Min jixtri l-art bl-gholi ma jistax ibiegh bl-irhis. In-nefqa tal-bini mhux tant gholja u zviluppatur ma jaghmilx aktar minn 25% profit ghalhekk il-problema hi l-prezz tal-art kawzat mill-iskarezza ta’ art ghall-bini ta’ djar u appartamenti.
Jien ilhi s-snin f’kull opportunita’ li kelli naghmel proposti kif din il-proprjeta tista’ tintuza skond il-kriterji miftehma bejn il-Gvern u l-Knisja meta l-Knisja ghaddiet din l-art lil Gvern. Fil-BICC u f’seminars dwar is-suq tal-proprjeta ipproponejt, li din l-art tintuza biex fuqha l-privat jibni djar u appartamenti moderni li jkunu jistghu jinbieghu bi prezzijiet baxxi. Dan ghaliex meta mill-prezz tal-bini jitnehha l-prezz tal-art, fuq l-ispejjez tal-kostruzzjoni biss, il-prezz tal-bini lest ma jkunx gholi. Jistghu jinbnew ‘comprehensive estates’ moderni li joffru bini modern u ambjent sabih kollox mibni u bi flus il-privat bla mal-Gvern johrog xejn hlief l-art. Jien nemmen li jekk l-art tal- Joint Office tghaddi lil privat bi prezz nominali u mhux kif qed isir issa bil-prezz tas-suq u tkun trasferita b’kundizzjonijiet cari, li dik l-art tintuza biss ghal bini tar-residenzi ghal Maltin u b’kundizzjonijiet cari wkoll li l-art trasferita ma tintuzax ghal ispekulazzjoni, fuq is-suq johorgu bizzejjed bini bi prezz baxx biex il-Maltin, specjalment il-kopji godda jsibu proprjeta bi prezz gust. B’hekk min ikun irid dar jew appartament ikollu ghazliet ohra barra dik li jhallas prezz gholi tas-suq ghax jew jikri, jew jixtri b’cens, jew jixtri, parti xiri u parti cens, mill-bini li jinbena fuq l-art tal-Joint Office trasferita bil-kundizzjonijiet specjali.
S’intendi hawn min jghid imma jekk il-Kumitat Kongunt jista’ jaqla’ fuq il-proprjeta li taqa tahtu ghax ghandu jbiegh bl-irhis? Hawn il-punt: il-Knisja u Gvern x’irridu, jkomplu, jghollu l-prezzijiet u jsallbu aktar nies, jew jghinu biex isibu soluzzjoni? Ghax facli tparla u meta tista’ taghmel gustizzja, thares biss lejn il-profit qiesek negozjant kwalunkwe. Il-Kumitat Djocesan qalli li l-profitti li jaghmel l-Joint Office minn fuq l-art li jitfa’ fis-suq bi prezzijiet kummercjali jmorru fil-Fond tal-Iskejjel tal-Knisja. Imma meta l-art tal-Joint Office tinbiegh bi prezz kummercjali x’vantagg ikunu hadu l-koppji zghazagh u dawk kollha li jridu jixtru jew jikru bi prezz gust? Hekk staqsa b’mod sincier Dun Ang Seychell din il-gimgha.
Il-proposta tieghi tkompli wkoll ghall trasferimenti li jsiru wara l-ewwel bejgh f’kaz ta bejgh minn min ikun xtara l-ewwel darba. La l-art tinghata bl-irhis l-vantagg ghandu jibqa jitgawda anke meta terga tinbiegh.
Jien insistejt ukoll, ghalhekk, li l-kundizzjoni tal-bejgh tkun li din il-proprjeta tkun trasferibbli biss taht certi kundizzjonijiet li jizguraw li din il-proprjeta mibnija fuq art tal-Joint Office ma tintuza qatt ghall-ispekolazzjoni fuq il-valur tal-art. Din kundizzjoni li qatt ma saret fuq bejgh la tal-proprjeta tal-Gvern u lanqas tal-Knisja. Fil-fatt hafna art li qed tkun spekulata llum bi prezzijiet esagerati hi art li jew kienet tal-Gvern jew kienet tal-Knisja.
F’ekonomija mibnija fuq is-suq hieles l-Gvern m’ghandux jintervjeni fis-suq hieles bil kontrolli imma jista’ biss jimmanuvra bil-proprjeta tieghu u tal-Joint Office u bi programm intelligenti ta’ agevolazzjonijiet fiskali li jippremjaw il-good practice.
Meta nisma nies bhal Dr Buontempo tal-MLP jissugerixxi sussidji, jew bhal tal-Alternattiva jissugerixxi taxxi godda ninkwieta ghax ninduna kemm ghad ghandna nies li l-ekonomija moderna ma jifhmuhiex.
Il-GRTU ipproponiet u stinkat biex iddahhal fl-ahhar Budget skemi li jqajjmu s-suq tal-kiri tal-proprjeta jew tal-bejgh tal-proprjeta b’cens biex min ma jiflahx ihallas il-prezz tax-xiri jkun jista’ jew jikri b’kera jew jixtri b’cens. Il-proposta tal-GRTU hi li l-Gvern ifittex johloq rata ta’ taxxa agevolata – il-GRTU ssuggeriet withholding tax ta’ 5% – kemm fuq dhul minn kera kif ukoll minn cens. B’hekk il-proprjetarji tal-art ikunu mhajra jibnu u jpoggu fuq is-suq bini ghal kiri jew ghal bejgh b’cens jew tahlita ta’ parti cens u parti bejgh.
B’dan il-mod il-proprjeta tkun tista’ tinbiegh jew kollha jew parti f’cens u min irid jixtri jkollu ghazla ta’ proprjeta bi prezz orhos. Il-GRTU wkoll ssuggeriet li min jixtri wkoll ikollu agevolazzjoni fiskali biex dak li jhallas f’kera jew f’cens ma jbatix taxxa qawwija fuq il-hlasijiet li jaghmel.
B’dawn l-iskemi s-sidien tal-proprjeta u zviluppaturi jkunu mhajjra jzommu flushom fl-investiment ta djar u appartamenti ghax anke jekk flushom ma jdahhluhomx lura mal-ewwel bhal ma jsir f’kaz ta’ bejgh, ir-ritorn ta’ flushom maqbuda fil-proprjeta li tinbiegh b’cens jew tinkera, tkun adekwata b’ paragun mar-ritorn fuq investimenti f’kontijiet bankarji jew investiment iehor fejn it-taxxa hi iebsa hafna aktar minn 5%. Il-Gvern ukoll ikollu aktar kirjiet u cnus iddikjarati ghall fini ta’ taxxa ghax illum kwazi hadd ma jiddikjara dan it-tip ta’ income.
Xoghol il-Gvern illum hu li b’mizuri intelligenti fiskali u agevolazzjonijiet ohra inkluzi uzu aktar mahsub ta’ skemi tal-MEPA, jillegisla biex jilhaq ghanijiet miftiehma bla ma nitharbtu mit-triq li qbadna ta’ ekonomija libera funzjonabbli.
Il-kwistjoni tal-prezzijiet tal-proprjeta tista’ titranga.
Mhux bil-priedki imma b’mizuri f’waqthom. U mhux bil-kontroll!