SME Chamber

Is-Suq ta` tkiattir ta` sigar tal-frott intenbzjati ghall-produzzjoni tal-frott

 Bħalissa, fis-seħħ għandna l-Avviż Legali 271 tal-2004 li jitratta is-suq ta' materjal ta' tkattir ta' siġar tal-frott u siġar tal-frott intenzjonati għall-produzzjoni tal-frott. Dan l-Avviż Legali jaddotta id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KE. Mill-1992 l'hawn, sar progress tekniku u xjentifiku f'dan il-qasam u allura mill-livell tal-Unjoni Ewropea, nħasset il-ħtieġa li tinħareg direttiva oħra li tinkludi dawn l-iżviluppi. Il-qafas tad-Direttiva 2008/90/KE hu l-istess bħal dak tad-Direttiva 92/34/KE.

 

Id-Direttiva 2008/90/EC qed tiġi addottata lokalment f' l-imsemmi Avviż Legali li se jiġi fis-seħħ mit-30 ta' Settembru 2012 il quddiem u li għandu jiġi ppubblikat mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2010.

L-għan tad-direttiva hu li r-regoli li jridu jiġu osservati minn min qed ikattar, ikabbar u/jew ibiegħ ikunu l-istess f'kull pajjiz tal-Unjoni Ewropea. B'hekk fis-suq tal-Unjoni Ewropea, jinstab biss materjal ta' tkattir u siġar tal-frott b'saħħithom u tal-aqwa kwalità. B' riżultat ta' dan, il-konsumaturi jkollhom riżultati sodisfaċenti meta jikkultivaw is-siġar tal-frott.

2.         It-tkattir, it-tkabbir u bejgħ ta' siġar tal-frott fil-Gżejjer Maltin

Kull sena, numru sostanzjali ta' żerriegħa, selvaġġ (rootstock) u siġar imlaqqma ta' diversi speċi huma introdotti Malta kull sena minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea. Ukoll, ammont sostanzjali ta' materjal bħal dan jiġi prodott lokalment. Il-materjal li jiġi minn barra jew prodott lokalment jiġi mibjugħ u użat/ikkultivat fil-gżejjer Maltin. Għalhekk, is-siġar tal-frott jistgħu jitqiesu li huma mportanti ħafna għall-ekonomija u l-agrikultura Maltija.

3.         Il-kontenut tal-Abbozz tal-Avviż Legali

L-Avviż Legali hu magħmul minn diversi regolamenti li jiffukaw fuq il-materjal ta' tkattir u siġar  tal-frott,  il-produttur  jew  bejjiegħ u   id-Dipartiment  bħala  l-entità  responsabbli  mill-

monitoraġġ. Il-punti li ġejjin huma ġabra ta' informazzjoni dwar ir-regolamenti ewlenin tal-Avviż Legali. Ħafna mill-informazzjoni hi diġa fis-seħħ bis-saħħa tal-Avviż Legali 271 tal-2004. Meta dan l-abbozz ta' liġi jiġi fis-seħħ fl-2012, l-Avviż Legali 271 tat-2004 ma jibqax fis-seħħ.

Rekwiżiti li jridu jiġu sodisfatti mill-ġeneru u l-ispeċi

Il-materjal ta' tkattir u siġar tal-frott nkluż is-selvaġġ (rootstock) għandhom jiġu kkumerċjalizzati dejjem bl-isem tal-varjetà. Kull varjetà trid tkun reġistrata u jkollha deskrizzjoni uffiċjali.

Kundizzjonijiet li jridu jiġu osservati mill-produttur jew bejjiegħ

Kull persuna jew entità trid tkun reġistrata mad-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti skont l-attività li twettaq. Il-produzzjoni ta' materjal ta' tkattir jew siġar tal-frott taqa' taħt ir-responsabbilità tal-produttur. Il-produttur għandu jidentifika il-punti kritiċi fil-proċess tal-produzzjoni li jinfluwenzaw il-kwalità tal-materjal, iżomm informazzjoni relatata mal-punti kritiċi, jieħu kampjuni meta neċessarju biex jiġu ttestjati f'laboratorju u li l-materjal ta' diversi kunsinni ikun miżmum separatament. Id-Dipartiment għandu jiġi infurmat meta jinstab xi organiżmu li jagħmel il-ħsara. Xi punti minn dawn iridu jiġu osservati ukoll mill-bejjiegħa. Rekords iridu jinżammu ghal perjodu stipulat meta jinbiegħ materjal ta' tkattir jew siġar tal-frott.

Kundizzjonijiet għas-suq

Il-materjal ta' tkattir u siġar tal-frott li jitpoġġew fuq is-suq iridu jappartjenu għal waħda mill-kategoriji mniżżla fl-Avviż Legali (CAC, prebasic, basic jew certified). Dawn għandhom ikunu akkompanjati minn dokumenti maħruġa mill-produttur/bejjiegħ jew mid-Dipartiment skont il-kategorija. Importanti li kull kunsinna jew lot t/ikun miżmum/a separat/a u jinżammu rekords dwar it-traġitt, l-oriġini u l-komponenti tal-kunsinna jew lot.

Spezzjonijiet uffiċjali

Id-Dipartiment irid jagħmel spezzjonijiet waqt il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal ta' tkattir jew siġar tal-frott sabiex jara li ir-rekwiżiti u r-regolamenti tal-Avviż Legali qed jiġu mħarsa. Jekk ikun hemm każijiet ta' nuqqas ta' ħarsien, id-Dipartiment irid jieħu azzjoni skont il-każ u kif stipulat fir-regolament 13 tal-Avviż Legali mehmuż.

Id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti qiegħed jistiednek sabiex taqra l-Abbozz tal-Avviż Legali u tressaq l-opinjoni/suġġerimenti tiegħek dwar dan id-dokument

 

Ghal aktar informazzjoni inti mitlub iccempel lil Abigail Mamo-GRTU.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).