Kull settur rapprezentat mill-GRTU – Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji, u fejn ix-xoghol jiddependi hafna fuq konsum gholi ta’ elettriku, jew ilma, jew it-tnejn, kollha qed jirraportaw li l-kontijiet tal-elettriku u ilma ma jifilhux ghalihom bil-piz kollu tas-soprataxxa. Il-bicca l-kbira ta’ dawn l-intraprizi diga mghaffgin bi spejjez kbar ohra imposti mill-burokrazija l-aktar it-Tax Compliance b’penalitajiet u interessi fuq il-hlasijiet li huma ghal kollox esagerati u fost l-ohrajn l-istess Enemalta li qed taghti biss 45 gurnata biex il-kontijiet jithallsu.

Il-GRTU tappella biex il-gvern jieqaf milli jkun daqshekk insensittiv ghal wegghat li qed isofru minnhom hafna u hafna negozji zghar li ghalihom u ghall-impjegati taghhom in-negozju taghhom hu kollox. Il-gvern ma kkonvinca lil hadd bl-argumenti tieghu dwar is-soprataxxa fuq id-dawl u l-ilma. Il-fatti juru li din is-soprataxxa hi aktar htija tal-indecizjoni u n-nuqqas ta’ hila fix-xiri ta’ zjut mill-awtoritajiet koncernati milli htija tas-swieq internazzjonali.
Il-messagg li l-poplu ghadda fl-elezzjonijiet lokali ricenti jidher li waqa’ fuq widnejn torox. Ghalhekk issa jridu jkunu l-Korpi Kostitwiti u t-Trade Unions li jikkonvincu lil gvern jiccaqlaq f’isem dawk kollha li qed ibatu.
Ir-Regulatur Pubbliku li suppost jiddefendi l-interess tal-pubbliku u tal-intraprizi zghar daqs li kieku ma jezistiex. Il-GRTU hadet il-kaz quddiem il-Kummissjoni Eworpeja biex ikun assigurat li l-gvern Malti fuq din il-kwistjoni jimxi mad-Direttivi Ewropej, li l-GRTU ssostni li l-gvern qed jikser. Dan il-kaz ghadu jitkarkar waqt li l-poplu Malti jsofri. Jidher ghalhekk li f’nuqqas ta’ azzjoni korrettiva f’waqtha minn naha tal-gvern mhu ser jibqa’ xejn hlief it-triq tal-protesti popolari. Il-GRTU ghalhekk qed taghmilha cara u pubblika li jekk il-gvern jibqa’ ma jiccaqlaqx allura l-GRTU tibda program ta’ protesti pubblici.