Il-GRTU ser tlaqqa s-sidien tan-negozzji fil-Belt nhar it-Tnejn sabiex tigi diskussa s-sitwazzjoni prezenti u jigi mahtur kumitat ta` azzjoni sabiex jitkellem ghan nom tas-sidien.
Sadanittant il-GRTU qeghda tinsisti mall-awtoritajiet kkoncernati sabiex issir aktar konsultazzjoni dwar progetti fejn qed jintilef ammont sostanzjali ta' parkegg li ma jigiex mibdul f'alternattivi ohra. Ezempju car huwa l-progett ta' Pjazza San Gorg, Papa Piu, St John Cavalier, Freedom Square u prezentament l-progett tad-Ditch li bihsiebu jiehu bejn 16 – 18 il-xhar.
Din il-problema issa giet aggravata bin-nuqqas ta` pjanar fix-xoghol li qed tirrizulta f'nuqqas ta accessibilita' tan-nies li jridu jaghmlu uzu mill-facilitajiet vasti li toffri il-Belt Valletta. Is-sidien tal-istabbilimenti tal-Belt ghandhom spejjez enormi u ghandhom kompetizzjoni qawwija minn centri kummercjali ohra mifruxa ma Malta. Il-konsumatur jekk ma jkollux accessibilita' facli, jevita li jidhol il-Belt ghax ghandu postijiet ohra minn fejn jinqeda.
Il-GRTU resqet diversi proposti f'isem is-sidien tal-istabbilimenti ta' kif is-sitwazzjoni tista` tirrisolva ruhha. Il-problema izda ser tibqa dejjem jekk l-awtoritajiet ma jaghtux widen ta' dawn il-proposti. Jekk l-Gvern ser jibqa`stinat li jibqa ghaddej bil-pjanijiet kif inhuma llum, pjanijiet li qatt ma raw l-approvazzjoni tal-kommunita' tan-negozji tal-Belt, il-futur ghan-negozji fil-Belt hu imcajpar hafna.
Il-Hwienet, shopping arcades, postijiet tad-divertiment, hwienet tal-kafe, restoranti u facilitajiet ta` servizzi ta` kull generu mifruxin mall-Belt Valletta illum ma jifilhux aktar isoffru telf minhabba li n-nies qed tkun skuragguta milli tiffrekwenta c-centru kummercjali tal-Belt Valletta. Dawn kollha jinvolvu bejniethom investiment kapitali ta' miljuni kbar ta' euro u jhaddmu maghhom ammont sostanzjali ta' nies.
Il-GRTU qeghda tistenna azzjoni immedjata u fl-istess hin qed toffri s-servizzi taghha u l-kollaborazzjoni shiha tas-sidien tal-istabbilimenti biex jinstghabu soluzzjonijiet prattici.