Il-GRTU qed twiddeb lil gvern li jekk it-Turizmu jithalla jinzel l-isfel aktar bir-rizultat li dan is=sajf ma jghatix id-dhul bizzejjed li hafna stabilimenti qed jistennew il-pajjiz jiffacja problemi serji. Malta barra it-Turizmu, ftit li xejn ghandha min fejn tista tfendi u numru dejjem jikber ta’ intraprizi zghar u medji min oqsma varji mhux biss direttament fit-turizmu izda bars restoranti, snack bars, kafeterji, night clubs, gyms, trasport, car-hire, hwienet, traders, bdiewa, sajjieda u hafna u hafna servizzi, illum jiddependu mit-turizmu u lkoll jistennew u jippretendu sajf b’sahhtu biex ifendu s-sena kollha.
Is-Sitwazzjoni fit-Turizmu ma tistax tithalla tehzien aktar

Din is-sena l-MTA u l-Ministeru tat-Turizmu hada falza stikka fil-kampanja pubblicitarja taghhom u fl-istrategiji u r-riformi li wettqu u ghadu mhux tard biex jirrimedjaw u jsalvaw s-sajf li beda.
Bla sforz ikbar minn min hu inkarigat is-sitwazzjoni diga hazina ta’ hafna negozji tkompli tehzien u jkun inutli li l-gvern jkompli jghabbi fuq in-nies tan-negozji. Il-GRTU tistenna azzjoni serja bla aktar telf ta’ zmien ghax kif sejrin mhux sejrin tajjeb zgur. Issa l-waqt li mill-paroli nghaddu ghall-fatti jekk l-awtoritajiet iridu li s-sidien tan-negozji z-zghar jemmnu li l-interessi taghhom ghandhom post importanti fl-istrategija ekonomika tal-gvern.