Il-GRTU – L-Assocjazzjoni tan-Negozzji Zghar u
Medji f’isem s-sidien tal- kiosks li
s-Sindku u l-Kunsill Lokali ta’ Haz-Zabbar qata l-barra mix-xoghol taghhom
bhala bejjiegha fil-festa ta’ Haz-Zabbar
qed ifittxu lis-Sindku u lill-Kunsilliera tal-Kunsill Lokali ta’ Haz-Zabbar
ghad-danni kollha li huma gew imgghela jsoffru f’decizzjoni li l-GRTU issostni
li hi illegali.
Il-GRTU issostni li l-Ligi dejjem
gharfet li Kunsill Lokali ma jistax jaddotta skema ta’ first come first
served meta jigi biex jalloka postijiet
lis-sidien tal-kiosks u kull
tibdil li jintroduci jrid jghamlu skond kif titlob l-Ligi. Il-Ligi mfassla b’konsultazzjoni mall-GRTU
tghati d-dritt lis-sidien li dejjem operaw fil-Festa tar-Rahal li ma jinqalghux
l-barra b’xi skuza jew ohra biex posthom jinghata lil
haddiehor b’danni ghas-sidien ta’ kiosks li
dejjem hadmu fil-festa.
Is-Sindku
u l-Kunsilliera ta’ Haz-Zabbar injoraw ghal kollox dak li tghid il-Ligi u l-mod
kif il-Ligi dejjem giet interpretata mill-amministraturi tal-Ligi u tal-Kunsill
Lokali u qalghu l-barra mill-festa ta’ Haz-Zabbar lil diversi sidien biex
flokhom is-Sindku u l-Kunsilliera qabbdu u taw permess lil
haddiehor.
It-telf li soffrew b’ingustizzja
kbira dawn il-familji issa l-GRTU qed titlob lill-Qorti li jghamlu tajjeb
ghalihom s-Sindku u l-Kunsilliera ta’ Haz-Zabbar li huma responsabbli ghad-danni
ikkawzati minn decizjonijiet m’humiex konformi
mall-Ligi.