
"Lili personalment u lill-GRTU ittina sodisfazzjon kbir naraw lil Jean
De Valette jirritorna fil-Belt Valletta. Il-GRTU ilha s-snin tippromwovi
il-progett ta' bini ta' monument xieraq lil De Valette fil-Belt li mhux biss
bena u assigura li tkun Belt fortifikata gawrha li hi imma wkoll li taha
isimha. Kien ghajb ghalina lkoll li l-Belt Valletta ma kellix il-monument
xieraq tal-fundatur taghha", jghid Vince Farrugia id-Direttur Generali
tal-GRTU.
Il-progetti li qed isiru fill-Belt qeghdin jghollu l-istima li l-Belt
Valletta kellha fi zminijiet ohra meta kien ghadu ma sarx it-tharbit li sar
matul ghexieren ta' snin ta' ippjanar hazin, ta' rikostruzzjoni zbaljata u ta'
abbandun kwazi totali tal-bini storiku u majestuz li jzejjen il-Belt Valletta
kif ukoll l-abbandun kwazi ghal kollox ta' restawr tal-kultura u pregji
artistici li huma parti fundamentali tal-kobor tal-Belt Valletta.
Il-GRTU ma tistax ma tiddeskrivix
is-sodisfazzjon taghha li l-Gvern matul dawn l-ahhar snin iddedika fondi rekord
u implimenta progetti li bhalhom hadd qabel ma kien biss holom li ghad xi darba
isiru, ghad baqa' hafna xoghol xi jsir pero' il-GRTU sodisfatta u konvinta illi
meta l-maggor parti tax-xoghol ikun lest, il-Belt Valletta tkun lahqet
il-livell li verament jixirqilha dik ta' Belt Kulturali ta' stima. Is-settur
kummercjali hallas il-prezz qawwi tieghu ukoll matul dawn is-snin ta'
rikostruzzjoni u tisbih u hu ghalhekk li l-GRTU qed tipproponi aktar
inizjattivi mill- Gvern biex is-settur li investa issa jkun f'pozizzjoni li
jgawdi minn tant infiq pubbliku li sar u minn tant sagrificcji li saru.
Il-GRTU tirringrazzja lill-Gvern
ghal-monument li sar f'isem Jean Parisiot de la Valette u taghtih merhba
kbira li rega' qieghed fostna fil-Belt
Valletta.