Il-GRTU – Malta Chamber of Small and Medium Enterprise, illum tista tghid
li ghandha s-support ta’ organizazzjonijiet ohra minn diversi pajjizi mis-settur
tal-leisure li wkoll huma decizi li ma jhallux lil gvern taghhom ikisser
l-industrija tad-divertiment b’regolamenti bla sens kontra t-tipjip fil-bars,
f’cafeterias fir-restoranti, fil-clubs, night clubs, casinos, wedding halls,
karaoke bars u postijiet ohra tad-divertiment.
Il-GRTU bis-sahha ta’ dan
is-support fil-gimghat li gejjien ser titensifika l-kampanja taghha kontra
l-esagerazzjoni ta’ imposizzjoni li qed jaghmel il-gvern Malti u favur l-ghazla
tas-sid u tal-konsumatur. Pajjizna m’ghandux bzonn regolamenti hekk iebsa biex
flimkien nirsistu kontra l-hsara mit-tipjip.
Il-Ligi kif ser tkun imposta
fil-5 ta’ April 2004 ma taghti l-ebda ghazla.
Il-GRTU tfakkar li
s-setturi l-aktar milqut b’dawn ir-regolamenti huma dawk tal-bars, clubs,
cafeterias, canteens, leisure centres, snack bars, casinos etc. Dan is-settur
jhaddmu aktar minn 5,000 ruh. Dawn ir-regolamenti ser ikunu imposti qabel
is-sajf biex barra s-suq tal-Maltin dawn l-istabilimenti jbaghtu wkoll mit-telf
tas-suq tat-turist. Il-GRTU tqies li sa sitt xhur wara d-dhul ta’ dawn
ir-regolamenti kif mfassla mill-gvern, ikunu ga ntilfu 500 impjieg. L-effett
registrat f’pajjizi ohra juri telf ta’ mpjiegi ta’ 10% fi zmien sitt xhur u ta’
20% fi zmien sena.
Il-pajjizi li dahhlu ligijiet inqas ibsien min ta’
Malta kollha kellhom telf qawwi fl-impjieg ta’ nies mis-settur tal-catering u
tal-leisure.
Dan irrizulta ghalhiex kien hemm waqa immedjata fil-bejgh
tal-istabilimenti f’dan is-settur. Il-kelliema tal-gvern Malti qed jaghtu hafna
figuri bl-addocc. L-istudji xjentifici li saru min esperti f’dan is-settur juru
li mhux veru li n-nuqqas ta’ bejgh minghand dawk li jpejjpu jghamlu tajjeb
ghalih dawk li ma jpejpux. Dan ghaliex ghal kull telf ta’ wiehed li jpejjep
l-hwienet ikunu jridu tnejn ta’ dawk li ma jpejpux u dan fil-fatt ma irrizulta
kwazi mkien. Kieku saret konsultazzjoni kieku l-gvern dawn l-affarijiet kien
ikun jafhom.
Hafna mill-pajjizi li dahhlu ligijiet anqas ibsien minn ta’
Malta illum huma taht pressjoni biex jibdlu dawn ir-regolamenti minhabba l-hsara
li gabu fuq settur kbir ta’ impjiegi. L-istess konsumaturi f’dawn il-pajjizi qed
jitolbu d-dritt tal-ghazla.
|
|