Il-GRTU: Il-Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji tinsab verament koncernata bl-attitudni li qed jiehdu ufficcjali tan-NECC, in-nies responsabbli mic-changeover ghall-Euro. Dawn in-nies jidher li qed jahsbu li telghu fuq ras kulhadd u qed jaddottaw arroganza li zgur li ser twassal ghal inkwiet. Issa jidher li qed jahsbu wkoll li huma r-ri inkarnazjoni tas-sistema antika tal-ghassiesa tal-konsumaturi. Dawn l-ufficjali ghandhom jigu mghallma li s-suq Malti huwa wiehed hieles. Hadd ma ghandu d-dritt jew il-poter li jobbliga lil xi hanut jew negozju ibiegh il-prodotti tieghu b’xi prezz stabbilit mill-awtoritajiet. Jekk iridu li nergghu mmorru lura fi zmien allura ghandha tigi dikjarata dik il-pozizzjoni u mhux isiru affarijiet li jmorru kontra ta’ dak li l-poplu Malti vvota ghalih. L-Ufficju inkarigat biex jara li l-kompetizzjoni f’pajjina tahdem sewwa hu l-Ufficju tal-Kummerc Gust u mhux in-NECC.

In-negozji ilhom hafna jassorbu z-zieda fl-ispejjez sa fejn jistghu. Izda bhal ma kulhadd jifhem hemm limitu ghal kemm wiehed jista jgorr. Izda jekk xi hadd, gej minn liema awtorita gej, ser jipprova bi kwalunkwe mod ikompli jaghmel hsara lin-negozji, allura l-GRTU mhux ser ikollha l-ebda triq ghajr li taghti direttivi li tipprotegi l-interessi tan-negozji u li twaqqaf dan l-agir u atitudni.
Minhabba d-dikjarazzjonijiet li saru, l-GRTU ma ghandha l-ebda ghazla hlief b’effett immedjat taghti parir lill-membri taghha biex:
1. Jinjoraw kwalunkwe ittra li jircievu fuq il-prezzijiet minn kwalunkwe awtorita
2. Jinjoraw kwalunkwe ufficcjal tan-NECC li javvicinhom fuq dan il-punt
3. Jikkomunikaw mal-GRTU jekk ikollhom xi problemi f’dan ir-rigward.
Ufficjali tan-NECC ghal darb’ohra telqu ghal rashom minghajr konsultazzjoni. Ma jistax ikun li s-settur li hu fundamentali f’dan il-process jibqa jigi njorat. Qed jaghmlu hsara lil Malta u ma jridux jifhmu. Min qed jiehu din l-attitudni ser ikollu jerfa r-responsabilitajiet tieghu. L-akbar responsabbilta hi li b’ghemilhom huma stess qed jghollu l-prezzijiet u ser ikunu huma stess fost l-ewlenin ghal htija ta’ Malta tibqa barra mill-Euro.