Il-GRTU
tqies li hi gharukaza li l-Gvern halla gimgha ohra tghaddi bla ma solvha
l-kwistjoni zghira ta' fejn jipparkjaw il-vannijiet tal-operaturi
tal-Monti. Possibbli, issaqsi l-GRTU, li
l-Gvern lanqas mhu kapaci jsolvi problema zghira bhal din m'ghandu? Il-GRTU ilha tlett gimghat tistenna decizjoni, imma qiesu kulhadd
rieqed.
Il-GRTU
tqies li hi gharukaza li l-Gvern halla gimgha ohra tghaddi bla ma solvha
l-kwistjoni zghira ta' fejn jipparkjaw il-vannijiet tal-operaturi
tal-Monti. Possibbli, issaqsi l-GRTU, li
l-Gvern lanqas mhu kapaci jsolvi problema zghira bhal din m'ghandu? Il-GRTU ilha tlett gimghat tistenna decizjoni, imma qiesu kulhadd
rieqed.
Lil tal-Monti l-Gvern ghogbu jtihom Lm80, 000 fis-sena
free parking ghax ghogbu jkun galantom bi flus il-poplu hi serja, imma l-aghar
hu li ghalkemm l-Gvern hu obbligat skond il-ligi li ghamel il-Gvern stess li
jindika b'Avviz Legali post adekwat fejn tal-Monti jipparkjaw il-vannijiet
taghhom fis-sieghat l-aktar vitali ghan-negozju fil-Belt Valletta, jigifieri
bejn it-tmienja ta' filghodu u t-tlieta ta' wara nofsinhar. ll-Gvern baqa' hass quddiem sitwazzjoni li kuljum issir aktar
gravi
Il-GRTU ipproponiet lill-Gvern li illum, il-Gimgha 13 ta' Lulju,
johrog Avviz Legali li jwettaq dak li hemm fil-ligi jigifieri li jindika spazju
ta' parking fil-parti tan-naha t'isfel tal-Belt fejn tal-Monti jipparkjaw
il-vannijiet taghhom. M'ghandu bzonn permess ta’ hadd biex
l-Gvern jaghmel dak li hu obbligat bil-ligi li jaghmel u li hu sewwa.
Hi gennata kbira li l-Pjazza ta' quddiem il-Palazz u t-toroq ewlenin
fejn jipparkja kuljum kullmin jidhol il-Belt biex jinqeda, illum hu kuljum
ikkapparat b'dawn il-vannijiet li mhux biss qed joqtlu n-negozju imma qed
iwaqqghu l-Belt ghaziza taghna f'livell ta' dekadenza li hadd f'sensieh ma
jrid.
Il-GRTU terga tappella lil Gvern biex ma jibqax
iwaqqa l-amministrazzjoni pubblika ghar-redikolu aktar u johrog l-Avviz Legali
bla aktar telf ta' zmien. B'dan l-Avviz l-Gvern jpoggi
lil tal-Monti f'posthom u jerga jaghti lil dawk kollha li jridu jidhlu u jinqdew
bis-servizzi li toffri l-Belt dak li bi dritt hu taghhom u li l-Gvern illum qed
iccahhadulhom bl-indecizjoni tieghu.