Il-Kunsill tal-GRTU iltaqgha fit-tul mal-Ministru Dr Austin Gatt fejn stabilixxa x’hini l-linja tal-Ministeru responsabbli mill-Enemalta. Ghadhom ma sarux diskussjonijiet mal-Ministru Ninu Zammit responsabbli mir-Regulatur tal-Energija, il-Malta Resources Authority.
Il-Kunsill tal-GRTU iltaqgha fit-tul mal-Ministru Dr Austin Gatt fejn stabilixxa x’hini l-linja tal-Ministeru responsabbli mill-Enemalta. Ghadhom ma sarux diskussjonijiet mal-Ministru Ninu Zammit responsabbli mir-Regulatur tal-Energija, il-Malta Resources Authority.
Fuq l-informazzjoni li ghandha f’idejha l-GRTU qed titlob lil Gvern idahhal malajr dawn il-mizuri biex jittaffa l-piz u titnaqqas il-hsara ekonomika li qed issir kawza tas-Surcharge u z-zidiet kontinwi fil-prezz tad-diesel u fuels ghall-intraprizi.
1. Is-Surcharge titnaqqas mill-1 ta’ Gunju 2006 ghall-40% u terga’ issir revizjoni l-isfel fl-1 ta’ Settembru. Il-Gvern isib mezzi bhalma diga sab biex isostni l-Enemalta tiffacja l-problema. Il-Gvern jizgura, b’esperti minn barra jekk hemm bzonn, li l-Enemalta thaddem politika ta’ xiri ta’ zjut li toffri stabilita’ fil-prezzijiet
2. Tidhol b’effett immedjat sistema ta’ Krediti Fiskali biex tagevola lil intraprizi. Dawn Il-krediti fiskali jaghtu 100% tax credit fuq l-ammont kollu tas-Surcharge mill-jum li ddahhlet is-Surcharge
3. Il-Gvern jaghti wkoll tax credits, bhal ma jsir fIl-kaz ta’ infieq fuq ICT, biex min idahhal sistemi godda li jnaqqsu l-uzu tal-energija jgawdu skont fiskali sa 200% fl-ewwel sena. Il-lista ta’ sistemi applikabbli tizdied biex tinkludi kull nefqa fuq kull forma ta’ energy-saving skond benchmarks stabbiliti
4. Il-Gvern jghin l-intraprizi minn kull settur li huma electricity u fuel intensive billi permezz tal-Malta Enterprise jinghataw soft loans u koperta b’garanziji bankarji biex dawn l-intraprizi jkunu jistghu jixtru apparat aktar energy-saving
5. Il-Malta Enterprise wkoll tohloq skemi godda ta’ assistenza biex l-intraprizi kollha jkunu jistghu jingaggjaw esperti li jfasslulhom pjan biex iwettqu energy-saving initiatives
6. Jinghataw wkoll krediti fiskali lil min inaqqas l-infieq tieghu fuq l-energija (less is-Surcharge) ta’ 70% anke jekk mhux b’infieq kapitali gdid
7. Il-Gvern jaghti ezenzjoni mit-taxxi bi krediti wkoll lil householders li jaghzlu li jibdlu l-apparat elettriku domestiku taghhom bhal fran, fridges u airconditioners etc u jdahlu prodotti li huma aktar energy-saving sa livelli approvati.
8. Il-Gvern jibdel is-sistema prezenti ta’ “capping” fuq il-kontijiet tal-elettriku li meta jintlahaq ma tibqax tghodd is-Surcharge ghax din tiddiskrimina kontra z-zghar. Minflokha idahhal sistema ta’ tariffi li jonqsu skond il-konsum jew jekk ser ihalli l-“capping”, il-“capping” japplika skond ir-ratio ta’ electricity jew diesel fil-prodott jew servizz u dan ir-ratio jkun maqbul mal-GRTU. B’din is-sistema l-intraprizi l-kbar xorta jgawdu wara l-bidla mis-sistema prezenti izda tinqata’ d-diskriminazzjoni bejn post tax-xoghol u iehor
9. L-Enemalta ma tibqax ghalissa tinsisti fuq Il-hlas ta’ 30 miljun lira li ghandha tibgor ghall-passat bil-metodi li qed tuza illum u taghti aktar nifs lil intraprizi z-zghar
10. Il-Gvern johloq incentivi biex l-industriji u dawk l-istabillimenti li ghandhom infieq kbir fl-elettriku jkunu jistghu joholqu huma skemi ta’ “hedging” biex ghall-ammont ta’ elettriku li jikkunsmaw huma jkollhom forma ta’ “insurance” policy ma istituzjonijiet finanzjarji bhal Barclay Capital li jhallashom meta l-prezz taz-zejt jaqbez dak “hedged” u allura huma ma jsoffrux miz-zidiet fis-Surcharge u meta jitbaxxa ghalkemm ikollhom ihallsu izda ipaci dan mat-tnaqqis li jgawdu fis-Surcharge
11. Il-Gvern ihaddem kampanja pubblicitarja u edukattiva serja, anke f’Fondi Ewropej, biex Il-poplu u l-intraprizi Maltin ikunu aktar konxji ta’ alternattivi ta’ energy-saving
12. Il-Gvern jahdem bis-serjeta fuq il-progett ta’ Thermal Incinerator kbir bizzejjed li jiehu l-bicca l-kbira tal-iskart bla htiega ta’ hafna forom ta’ riciklagg li ghal pajjizna ma jahdmux ghax il-volumi huma zghar wisq u l-uzu ta’ incinerator b’sahhtu joffru aktar skop u vantagg ghal Malta. B’incinerator b’sahhtu jinholoq sors ta’ energija gdida li ttaffi n-nefqa u d-dipendenza fuq iz-zjut
13. Il-GRTU trid illi s-Surcharge fuq l-ilma tigi riveduta qabel is-sajf 2006, ghax is-Surcharge fuq il-kont kollu mghandux ikun aktar minn 23% tas-Surcharge totali. Wara li l-Gvern inaqqas is-Surcharge ghall-40 %, is-Surcharge fuq l-ilma ghalhekk m’ghandhiex tkun aktar minn 10 %. Din hi is-Surcharge li ghandha tirrifletti l-hlas vera li taghmel il-WSC ghall-volum ta’ elettriku li tikkonsma biex tipproduci l-ilma.
14. Il-GRTU trid illi sas-sajf 2006 l-Enemalta tibda toffri rati ta’ hlas ghal elettriku immnaqsin ghal min juza l-elettriku fis-sieghat ta’ bIl-lejl. Dan ikun japplika kemm ghall-intraprizi kif ukoll ghad-djar.
15. Il-Gvern ghandu jestendi kull incentiva ghal sistema bhal ma huma:
Ø Energy saving bulbs and lights
Ø Movement sensor switches
Ø Timer Switches
Ø Roof Insulation
Ø Well Construction
Ø Photovoltaic – Already Incentived
Ø Fuel Catalysts
Ø Recovery Boilers
Ø Solar Thermal Collectors – Already Incentived
16. Il-Gvern ghandu jnaqqas ghall-livell nominali r-registration fees licences u taxxi fuq mopeds, motorcycles zghar u fuq vehicle bl-elettriku u hybrid cars u dawk li jahdmu bi fuels alternattivi
17. Il-Gvern ghandu johloq incentivi biex jithaddmu sistemi privati godda ta’ garr ta’ persuni b’uzu ta’ veikoli li huma hybrid jew electric powered.
18. Il-Gvern irid fl-iqsar zmien jaderixxi mad-direttivi Ewropej dwar l-Energija u jaccetta l-protest li ghamlet il-GRTU mal-European Commission bla aktar telf u hela ta’ zmien. Il-GRTU illum qed tressaq il-protest taghha lil Parlament Ewropew ghax temmen li l-Kummissjoni Ewropeja qed tiehu zmien wisq biex tiddefendi l-intraprizi u l-konsumaturi Maltin. Il-GRTU qed titlob li kull rimedju jkun b’lura sa minn meta ddahhlet is-Surcharge.