Fil-qosor dawn huma l-punti li dwarhom il-GRTU qed titkellem mal-Gvern fuq il-kwistjoni tas-Surcharge fil-kontijiet tal-elettriku u l-ilma u z-ziedet fil-prezzijiet tal-Fuels
Fil-qosor dawn huma l-punti li dwarhom il-GRTU qed titkellem mal-Gvern fuq il-kwistjoni tas-Surcharge fil-kontijiet tal-elettriku u l-ilma u z-ziedet fil-prezzijiet tal-Fuels
1. Il-GRTU ma taqbilx mal-mod kif iddahhlet is-Surcharge
2. Il-GRTU ma taqbilx kif gie impost il-Capping li jezenta lil intraprizi l-kbar minn setturi partikolari mill-hlas tas-Surcharge wara li jilhqu certu ammont ta’ konsum
3. Il-GRTU tqies it-tariffi kif inhuma u s-Surcharge bhala ksur tad-Direttiva Ewropea dwar l-Elettriku. Id-Direttiva tipprojbixxi l-cross subsidation u d-diskriminazzjoni fil-hlas skond l-uzu
4. Il-GRTU trid revizjoni tat-tariffi u tas-Surcharge ghax tqies is-Surcharge ingusta, distriminatorja u imposizzjoni li tahbi l-inefficjenza
5. Il-GRTU mhix sodisfatta bl-informazzjoni li nghatat u ma thosx li hemm trasparenza kif titlob id-Direttiva Ewropeja. Id-Direttivi Ewropej specifikament jobbligaw lil Enemalta tkun trasparenti fuq kif tixtri, tahdem u tistabilixxi l-prezzijiet tal-fuels u tal-elettriku
6. Il-GRTU formalment resqet talba lil Kummissjoni Ewropea biex tinvestiga u tordna revizjoni. L-Unjoni Ewropeja ghadha tistenna lil Gvern Malti jwiegeb. Il-GRTU issa qed titlob lil Parlament Ewropej jintervjeni
7. Il-GRTU tqies li hemm diskriminazzjoni kontra n-negozji u intraprizi zghar li huma electricity jew diesel intensive
8. Il-GRTU ma taqbilx mad-decizjoni li jinghalaq il-gap bejn il-prezz tal-petrol u tad-diesel
9. Il-GRTU ma taqbilx mas-sistema ta’ dazzji ezistenti u kif qed ikunu amendati. Il-Gvern qed jghabbi taxxi fuq min qed jitkisser
10. Il-GRTU ma taqbilx mal-mod kif il-Gvern addatta d-Direttiva Ewropea li taghti lil istati membri d-dritt li joffru diesel bi prezz orhos lil certi setturi
11. Il-GRTU ma taqbilx mal-lista ta’ intraprizi li qed jinghataw id-diesel alternattiv b’rata mnaqqsa ta’ dazji ghax thoss li din hi sistema diskriminatorja kontra hafna intraprizi zghar
12. Il-GRTU trid li l-Gvern b’effett immedjat idahhal mizuri li jagevolaw lil min ihaddem biex jkun jista’ jtaffi ghas-Surcharge
13. Il-GRTU ma taqbilx mal-politika imhaddma mill-Gvern u mill-Enemalta ghax-xiri ta’ fuels
14. Il-GRTU ma taqbel xejn ghal mod kif ir-Regulatur Pubbliku, (l-MRA) baqghet gallarija f’din Il-kwistjoni kollha
15. Dwar is-Surcharge fuq il-kontijiet ta’ l-ilma, il-GRTU tqis li din hi eccessiva ghax mil-Annual Accounts tal-Water Services Corporation ma johrogx li l-WSC ghandha ghalfejn thallas lill-Enemalta ghas-servizz ta’ l-elettriku l-ammont ta’ Surcharge li qed tkun imgeghla tigbor minghand il-households u n-negozji. Id-differenza zejda li qed tingabar hija ta’ Lm5 miljuni u l-GRTU qis li dan hu piz ghal-kollox zejjed fuq dawk li l-intraprizi li jiddependu mill-konsum ta ilma.
16. Il-GRTU ma taqbilx li l-Enemalta baqghet ma toffrix tariffi irhas ta’ l-elettriku lil min ihaddem apparat bil-lejl bhal ma jsir fl-Ewropa kollha.
17. Il-GRTU isostni li s-sistema kollha ta’ tariffi inhaddnu minn l-Enemalta hi zbaljata ghax tiddiskrimina kontra l-intraprizi li jhaddmu n-nies. Dwar dan Il-Gvern Malti ilu jkun imwiddeb mill-Kummisjoni Ewropeja. Il-GRTU ghalhekk titlob li s-sistema ta’ tariffi tirrifletti r-realtajiet tal-llum u jkunu enterprise-friendly