SME Chamber

Il-Posizzjoni tal-GRTU dwar il-Pont Manwel Dimech

Id-Direttur
Generali tal-GRTU Vincent Farrugia u l-President tal-Hospitality and Leisure tal-GRTU Philip Fenech kellmu lill-media minn hdejn il-pont ta’ Manwel
Dimech fi Triq Regjonali. Id-Direttur Generali qal li t-titlu ta’ din
il-konferenza stampa kienet:

 

“Ghaliex
din l-insensittivita?”.

Vince
Farrugia qal “Kif qed taraw il-bicca l-kbira centrali tal-pont in-naha li
taghti lejn il-Wied issa hi mkissra ghal kollox. Xoghol ta’ tkissir illi sar
dan l-ahhar ftit granet. Il-Prim Ministru l-Onorevoli Dr. Gonzi nhar il-Gimgha
minn fuq PBS qal illi ma jistax jaghti data ta’ meta kien ser jitlesta  l-pont ghaliex il-Gvern kien ghadu ma
ddecidiex x’ser isir wara li l-GRTU f’isem l-istabbilimenti tad-divertiment,
restoranti u hwienet u shopping archades
tan-nahat ta’ Paceville u San Giljan kienet ghamlet talba, li fl-opinjoni,
tal-Prim Ministru, kienet gustifikata, biex ghall-perjodu tal-festi tal-Milied
jibqghu miftuhin iz-zewg korsiji tal-pont. Jidher bic-car minn dak li qed taraw
li l-Ministru Jesmond Mugliett u l-ADT ma kienux infurmaw l-Prim Ministru
bid-decizjoni taghhom li jkissru t-tieni korsija tal-pont waqt li kienu ghadhom
ghaddejjin it-tahdidiet mal-GRTU.”

 

Vince
Farrugia spjega li fil-laqgha li saret mal-Ministru Mugliett u mas-Sur Ray
Attard, Chief Executive Officer
tal-ADT gew diskussi l-alternattivi biex ix-xoghol fuq il-pont jitkompla.
Il-GRTU kienet spjegat il-pozizzjoni taghha li la l-Ministru kien esprima ruhu
repetutament li t-tort tad-dewmin m’huwiex tal-Gvern allura ma kienx hemm
kwistjoni biex il-Gvern jordna l-waqfien temporanju tax-xoghol. L-alternattivi
li ssemmew kienu tlieta, il-ftuh ta’ Triq il-Baltiku, it-twettiq tal-progett
tal- Park and Rideluxol minn fejn il- u kontroll ahjar tax-xogholijiet
li jwaqqfu t-traffiku fi triq it-torri. Il-GRTU baqghet illi kellha ssejjah
lis-sidien tal-hwienet u lis-sidien tan-negozji ohra halli jiddeciedu jekk dawn
l-alternattivi mhumiex accettabli u kellha ssir laqgha konklussiva l-Gimgha 30
ta’ Novembru. “Kienet ghalhekk ghal kollox insensittiva biex ma nghidx
arroganti, id-decizjoni tal-Ministru u tal-ADT li jaqbdu u jkissru l-parti
tal-pont li kienet il-qofol tad-diskussjoni mal-GRTU”, qal Vince Farrugia, “Din
mhix attitudni accettabli u hu ghal kollox mod zbaljat kif Gvern jittratta
mal-Korpi ewlenin ta’ pajjizna aktar u aktar meta kien hemm dikjarazzjoni
tal-Prim Ministru li l-affarjiet ser isiru bi ftehim”.

 

Vince
Farrugia spjega li s-survey fost
in-negozji wera li kien hemm telf qawwi sa tmienja u tletin fil-mija fil- bejgh
tan-negozji l-aktar tal-hwienet. Dan gara waqt li kien qed isir ix-xoghol waqt
l-ewwel korsija. In-nies tan-negozju fdaw f’dak li qal il-Ministru illi
x-xoghol kien ser jitlesta f’Settembru u ghalhekk kienu stokkjaw u nvestew biex
jirrikuperaw it-telf li sofrew fil-Harifa u fil-perjodu tal-festi tal-Milied u
l-ewwel tas-sena. “Il-Gvern ghalhekk naqas bil-kbir li sfida lin-negozjanti
kollha u kull opinjoni pubblika li mis-survey
tal-GRTU deher bic-car li kienu favur li n-negozji jinghataw ic-cans li
jirrekuperaw matul il-festi tal-Milied” qal b’ton iebes is-Sur Vince Farrugia.

 

Il-GRTU kienet hadet il-pariri tal-esperti u
dawn kollha qablu li issa li l-kuntrattur ghandu l-esperjenza kollha mehtiega u
l-pjanti, l-apparat u l-materjali kollha f’posthom ma kienx hemm raguni valida
ghaliex ix-xoghol kollu ma kellux jitlesta sa Mejju 2008 anke bil-waqfien qasir
ta’ matul il-Festi. Barra minn dan l-alternattivi li offra l-Ministru ma kienux
jaghmlu tant differenza. Triq il-Baltiku li tghaddi minn taht il-pont fejn qed
isiru x-xogholijiet mhiex viabbli, fil-waqt li l-car park tal-Luxol ga
jezisti u t-transport pubbliku minn dan il-car
park irid jsir irrespettivament minn dak li qed isir fuq il-Pont Manwel
Dimech. Id-Direttur Generali kkonkluda billi qal, “Issa nistennew lill-Prim
Ministru jispjega ezattament x’qed jipproponi biex il-kummercjanti taz-zona
jkunu ikkumpensati ghall-hsara li soffrew mid-decizjonijiet zbaljati
tal-Ministru Jesmond Mugliett u ta’ l-ADT”.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).