Il-GRTU
tahdem biex twassal opportunitajiet godda lin-negozji
Maltin
Bil-ghan li
aktar negozji Maltin ifitdxu aktar opportunitajiet fil-kumplament ta` l-Unjoni
Ewropeja il-GRTU bdiet sensiela ta laqghat ma delegazzjonijiet ta’ negozjanti
barranin kemm mill-pajjizi tal-Unjoni Ewropeja w ohrajn mill-pajjizi
tal-Mediterran.
Matul dawn
l-ahhar gimghatejn membri tal-GRTU kellhom l-opportunita` li jiltaqghu ma
negozjanti mis-Slovenia,
Israel u
Montenegro.
Slovenia: L-arrangament ghall-visita ta’ managers u
imprendituri mis-Slovenia kienu mad-ditta kbira
Sava. Din hi kumpanija li ghandha investimenti f’kull
settur ta` l-ekonomija, fostom: kummerc, industrija, turizmu, sahha u
distribuzzjoni u retailing. Il-vista kienet possibli bl-intervent tad-ditta ta`
Maruizio Ellul
26 managers u
mprendituri minn
Slovenia iltaqghu ma numru ta’ negozjanti
membri tal-GRTU ghall-Konferenza u networking fil-GRTU. Iz-zewg nahat taw l-prezentazzjoni ta’ l-opportunitajiet li jezistu
fiz-zewg pajjizi ghall-joint-venture
bejn negozjanti Maltin u Sloveni bl-ghan li flimkien ifasslu kif jikkumplimentaw
lil xulxin biex jirbhu kuntratti fis-suq kbir tal-kummerc ewropew. Wara l-laqgha fil-GRTU saru wkoll numru ta’ arrangamenti individwali
fejn l-imprendituri Sloveni setghu jiltaqghu man-negozjanti Maltin fl-intraprizi
taghhom fuq bazi individwali u gew identifikati progetti li fuqhom ser
jitkomplew in-negozji.
Israel: It-tieni inkontru inprenditorjali
kien ma 20 negozjant mill-Israel. L-arrangamenti saru mill-GRTU flimkien
mal-Federazzjoni tal-Kmamar tal-Kummerc ta` l-Israel bl-intervent tad-ditta
Maltija ta` l-ivvjaggar Special Delivery
travel. L-enfasi ta’ dawn l-inkontri kien fuq it-twaqqif ta joint
ventures u attivita kummercjali mifthiema fejn kummercjanti Maltin
dahhlu f’arrangamenti biex prodotti u know-how ta`
imprendituri private Israeliti jkunu disponibbli ghall-imprendituri Maltin li
jridu jittenderjaw ghall-xoghol u kuntratti tal-Unjoni Ewropeja. Jassistu
lill-imprendituri negozjanti Israeliti li gew
Malta kien hemm l-ambaxxatur Malti
ghall-Israel is-Sur Abraham Borg u ic-Charge D’Affairs ghall Kummerc
tal-Ambaxxati Israeljani Ms. Gila Rosiner
Montenegro: It-tielet fis-serie ta’ inkontri
kummercjali kien ma grupp ta’ imprendituri mill-Montenegro migjuba f’Malta
permezz ta` l-Intervent tas-Sindku ta’ Pembroke is-Sur Joe
Zammit.
Id-direttur General ital-GRTU spjega lir-raprezentanti
tal-kummerc, industrija u tal-municipalita ta Cetinje, kif il-GRTU tista` tghin
lis- self-employed
u business owners ta Montenegro jarmaw ruhhom
ghal waqt in-negozjati ma l-Unjoni Ewropeja, u wara dank if il-Montenegro jkun
qed jaddotta l- acuis communautaire. Il-GRTU diga qed
taghmel hekk ma l-imprendituri u l-kummercjanti tal-Kroazja. Il-GRTU u
d-delegazzjoni minnMontenegro qablu li jizviluppaw ahjar
ir-relazzjonijiet bejniethom biex in-negozjanti Maltin li huma membri tal-GRTU
jkunu minn ta’ quddiem biex jahtfu
l-possibilitajiet ta’ kummerc u investiment li jezistu fil-Montenegro, hekk kif
dan il-pajjiz qabad it-triq ghas-shubija fl-Unjoni
Ewropeja,
Fit-tlett delegazzjonijet
id-Direttur Generali tal-GRTU, Vince Farrugia spjega l-opportunitajiet li toffri
Malta bhala membru tal-Unjoni Ewropeja biex flimkien jkattru l-opportunitajiet
li jistghu jinkisbu mis-suq kbir ewropew. Is-Sur Farrugia spjega kif l-GRTU issa
qed thaddem sistema kif twassal aktar fil-qrib negozjanti
minn pajjizi diversi li jixtiequ juzaw
il-hila tan-negozjanti Maltin. Dan biex negozji zghar
minnminn iehor jahdmu flimkien ha jkattru
n-negozju taghhom lil-hinn mill-konfini ta’ pajjizhom. Is-sur
Farrugia spjega li ghall-Malta din hi haga ta’ htiega kbira hekk kif hafna
negozji Maltin dahhlu fit-tielet generazzjoni ta’ negozju w iz-zaghzagh
imprenditorjali Maltin qed ificcu know-how,
prodotti u servizzi godda li bihom jikkompetu mhux biss fuq is-suq limitat Malti
imma fuq is-suq vast ewropew. pajjiz u
Fil-kaz ta’
Slovenja kif wkoll fil-kaz ta’
Israel gew identifikati
oqsma precizi li fuqhom numru ta’ negozji Maltin u Sloveni u Israeljani ser
jahdmu bil-ghan li jitwaqqfu attivitajiet kummercjali u imprenditorjali
mhallta.
Delegazzjonijiet ta` negozjanti u zviluppaturi w imprendituri
Maltin issa ser igawdu billi l-Israel, is-Slovenia u l-Montenegro fix-xhur li
gejjin, fuq inizjattivi tal-GRTU, jkunu tistghu jigu ivvalutatiahjar u segwiti
il-proposti li saru.